Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0001

Kawża C-1/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Latvja) — “Oribalt Rīga” SIA, li kienet “Oriola Rīga” SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 30(2)(b) u (ċ) — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 152(1)(a) u (b) — Determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija — Kunċett ta’ “merkanzija simili” — Prodotti mediċinali — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull element li jista’ jkollu effett fuq il-valur ekonomiku tal-prodott mediċinali kkonċernat — Terminu ta’ 90 jum li fih il-merkanzija importata għandha tinbiegħ fl-Unjoni Ewropea — Terminu finali — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-iskontijiet kummerċjali)

OJ C 270, 12.8.2019, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Latvja) — “Oribalt Rīga” SIA, li kienet “Oriola Rīga” SIA vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-1/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 30(2)(b) u (ċ) - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 152(1)(a) u (b) - Determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija - Kunċett ta’ “merkanzija simili” - Prodotti mediċinali - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull element li jista’ jkollu effett fuq il-valur ekonomiku tal-prodott mediċinali kkonċernat - Terminu ta’ 90 jum li fih il-merkanzija importata għandha tinbiegħ fl-Unjoni Ewropea - Terminu finali - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-iskontijiet kummerċjali)

(2019/C 270/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Oribalt Rīga” SIA, li kienet “Oriola Rīga” SIA

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 30(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta l-valur għal skopijiet doganali ta’ merkanzija, bħall-prodotti mediċinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi kkalkolat billi jiġi applikat il-metodu deduttiv previst f’din id-dispożizzjoni, l-amministrazzjoni doganali nazzjonali kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex tidentifika “merkanzija simili”, kull element rilevanti, bħall-kompożizzjoni rispettiva ta’ din il-merkanzija, in-natura sostitwibbli tagħha fir-rigward tal-effetti tagħha u l-interkambjabbiltà kummerċjali tagħha, billi tagħmel għalhekk evalwazzjoni fattwali b’mod li tieħu inkunsiderazzjoni kull element li jista’ jkollu effett fuq il-valur ekonomiku reali tal-imsemmija merkanzija, inkluża l-pożizzjoni fis-suq tal-merkanzija importata u tal-produttur tagħha.

2)

L-Artikolu 152(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat il-prezz ta’ unità tal-merkanzija importata skont il-metodu previst fl-Artikolu 30(2)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97, it-terminu ta’ 90 jum li fih il-merkanzija importata għandha tinbiegħ fl-Unjoni Ewropea, imsemmi fl-Artikolu 152(1)(b) tar-Regolament Nru 2454/93, huwa terminu finali.

3)

L-Artikolu 30(2)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iskontijiet fuq il-prezz tal-bejgħ tal-merkanzija importata ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali ta’ din il-merkanzija b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


Top