EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0728

Kawża T-728/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Marinvest d.o.o. u Porting vs Il-Kummissjoni

OJ C 22, 22.1.2018, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/46


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Marinvest d.o.o. u Porting vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-728/17)

(2018/C 022/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Marinvest d.o.o. (Izola-Isola, is-Slovenja) u Porting d.o.o. (Izola-Isola) (rappreżentanti: G. Cecovini Amigoni u L. Daniele, avvocati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Lulju 2017, C (2017) 5049 finali (Għajnuna mill-Istat SA. 45220 (2016/FC) – Is-Slovenja – għajnuna allegata favur Komunala Izola d.o.o), ikkomunikata lil Marinvest u Porting fis-16 ta’ Awwissu 2017;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Lulju 2017 C (2017) 5049 finali (Għajnuna mill-Istat SA. 45220 (2016/FC) – Is-Slovenja – għajnuna allegata favur Komunala Izola d.o.o), ikkomunikata lil Marinvest u Porting fis-16 ta’ Awwissu 2017.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ kontradittorju li jirriżulta mill-użu, fid-deċiżjoni kkontestata, ta’ punti totalment ġodda, mhux imsemmija mill-Kummissjoni fl-ittra ta’ stedina tagħha għall-preżentata ta’ osservazzjonijiet, fuq il-ksur tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba previst fl-Artikolu 41 tal-Karta, fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ kontradittorju u fuq il-ksur tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 2015/1589;

L-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 2015/1589, li jintroduċi innovazzjoni meta mqabbel mat-test oriġinali tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999, jirrikonoxxi lill-partijiet interessati (li ppreżentaw ilment) id-dritt li jippreżentaw osservazzjonijiet, sa mill-fażi tal-eżami preliminari. L-Artikolu 24(2) jikkostitwixxi applikazzjoni speċifika tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba, previst fl-Artikolu 41 tal-Karta u tal-prinċipju ġenerali ta’ kontradittorju;

F’dan il-każ, id-drittijiet ta’ Marinvest u Porting iggarantiti mill-Artikolu 24(2) ġew miksura serjament. Huwa minnu li l-Kummissjoni stiednet lill-partijiet li kienu ppreżentaw ilment sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Frar 2017 u li Marinvest u Porting esprimew il-perspettiva tagħhom fuq l-eżami preliminari inkluż f’din l-ittra. Madankollu, il-Kummissjoni sussegwentement ibbażat id-deċiżjoni finali kkontestata sħiħa tagħha fuq punti li lanqas kienu msemmija fl-ittra tal-14 ta’ Frar 2017 u li l-lanjanti ma setgħux jieħdu pożizzjoni fuqhom.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ kontradittorju li jirriżulta mill-fatt li r-rikorrenti ġew irrifjutati l-aċċess għall-proċess u l-possibbiltà li jinstemgħu qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, fuq il-ksur tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba previst fl-Artikolu 41 tal-Karta, fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ kontradittorju, fuq il-ksur tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 2015/1589 u fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni;

Il-lanjanti talbu l-aċċess għad-dokumentazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni mill-awtorità Slovena u li jiltaqgħu mas-servizzi tal-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jipprovdu kwalunkwe kjarifika meħtieġa, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt li l-miżuri li sar l-ilment fuqhom ikollhom fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata mingħajr qabel ma bagħtet id-dokumenti rikjesti u mingħajr ma sejħet laqgħa mal-lanjanti. Billi aġixxiet b’dan il-mod, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 2015/1589, interpretat konformement mal-Artikolu 41 tal-Karta u mal-prinċipju ġenerali ta’ kontradittorju;

Il-possibbiltà tal-lanjanti li jippreżentaw osservazzjonijiet dwar l-eżami preliminari tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 24(2), jeħtieġ neċessarjament id-dritt ta’ aċċess għall-proċess u li jkunu jistgħu jiltaqgħu mas-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn il-prerogattivi jikkostitwixxu effettivament il-korollarji marbuta strettament mal-istess dritt fundamentali. F’dan il-każ, ir-rifjut ta’ dawn id-drittijiet ma ġiex motivat.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-interpretazzjoni ħażina tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, b’rabta mar-rekwiżit tad-dannu għall-kummerċ transkonfinali, fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, fuq il-ksur tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat”, fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali tal-aspettattivi leġittimi u fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni;

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, id-daqs relattivament modest tal-impriża benefiċċjarja ma jeskludix, a priori, il-possibbiltà li jkun affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Sussidju pubbliku mogħti lil impriża li tipprovdi biss servizzi fuq livell lokali jew reġjonali u ma tipprovdi ebda servizz ’il barra mill-Istat ta’ oriġini tagħha tista’ taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri meta tali servizzi jistgħu jiġu pprovduti minn impriżi ta’ Stati Membri oħrajn (ukoll permezz tad-dritt ta’ stabbiliment) u meta din il-possibbiltà ma hijiex purament ipotetika;

Il-Kummissjoni totalment injorat il-fatt li Marinvest u Porting huma kkontrollati 100 % minn kumpannija bis-sede tagħha fl-Italja, Altan Prefabbricati. Din tal-aħħar għamlet investimenti kunsiderevoli għall-kostruzzjoni tal-Marina d’Isola, li bħalissa hija amministrata, skont il-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE, permezz tas-sussidjarji tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv, dwar l-interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat b’rabta mar-rekwiżit ta’ ħsara għall-kompetizzjoni u għall-kummerċ transkonfinali, għar-rikostituzzjoni ħażina u għall-iżnaturament tal-fatti u għall-eżistenza f’dan il-każ ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni;

Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni eskludiet l-eżistenza ta’ ħsara għall-kummerċ bejn Stat Membri, u essenzjalment ibbażat il-motivi tagħha fuq il-fatt li s-servizzi pprovduti mill-Marina di Komunala Izola ma humiex adegwati sabiex tattira l-klijenti potenzjali tas-servizzi offruti mir-rikorrenti;

Ir-rikostituzzjoni tal-fatti mill-Kummissjoni hija żbaljata. Maġenb il-port turistiku ta’ Marinvest u Porting teżisti struttura oħra amministrata minn impriża li tgawdi minn għajnuna (Komunala Izola) li tipprovdi servizzi analogi, u potenzjalment tista’ toffri 505 spazju għad-dgħajjes, li tirreklama, inkluż bit-Taljan, fuq sit tal-internet indirizzat lill-partijiet interessati potenzjali kollha.


Top