Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0419

Kawża T-419/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica (VSL
3)

OJ C 277, 21.8.2017, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/55


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica (VSL#3)

(Kawża T-419/17)

(2017/C 277/80)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mendes SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Carpineti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Actial Farmaceutica Srl (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “VSL#3” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 437 789

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3/3/2017 fil-Każ R 1306/2016-2

Talbiet

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell tal-UASI (li issa saret l-EUIPO), konformement mal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell tal-UASI, konformement mal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

fi kwalunkwe każ, tordna li r-rikorrenti tiġi rrimborsata b’mod sħiħ għall-ispejjeż relatati mal-kawża, jew mill-inqas li kull parti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top