Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0279

Kawża T-279/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 – Hermann Bock vs EUIPO (Push and Ready)

ĠU C 213, 3.7.2017, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 – Hermann Bock vs EUIPO (Push and Ready)

(Kawża T-279/17)

(2017/C 213/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hermann Bock GmbH (Verl, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Maaßen u V. Schoene, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Push and Ready” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 758 205

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1279/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, innotifikata fl-1 ta’ Marzu 2017, li biha l-Bord tal-Appell ikkonferma li t-trade mark figurattiva Nru 14758205 ma tistax tiġi rreġistrata, u tirrinvija l-kawża quddiem l-Uffiċċju għal eżami mill-ġdid.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top