EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0072
Case T-72/17: Action brought on 3 February 2017 — Schmid v EUIPO — Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl)
Kawża T-72/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2017 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl)
Kawża T-72/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2017 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl)
OJ C 104, 3.4.2017, p. 59–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/59 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2017 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl)
(Kawża T-72/17)
(2017/C 104/83)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gabriele Schmid (Halbenrain, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Kuchar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Graz, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “Steirisches Kürbiskernöl” –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 900 100
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Diċembru 2017, fil-Każ R 1768/2015-4
Talbiet
— |
Temenda d-deċiżjoni kkontestata, u tiddikjara rrevokata għall-Unjoni Ewropea, għall-prodotti kollha, it-trade mark bir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 900 100; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, għaliex ma ġiex ipprovat l-użu tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 900 100, u tirrinvija l-proċedimenti quddiem l-EUIPO; |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-proprjetarju tat-trade mark għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO u f’din il-proċedura. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 207/2009. |