EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0056
Case T-56/17: Action brought on 27 January 2017 — PO and Others v EEAS
Kawża T-56/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – PO et vs SEAE
Kawża T-56/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – PO et vs SEAE
OJ C 112, 10.4.2017, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/39 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – PO et vs SEAE
(Kawża T-56/17)
(2017/C 112/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: PO, PP, PQ (rappreżentanti: N. de Montigny u J. N. Louis, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara u taqta’ li,
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-15 ta’ April 2016 (iktar ‘il quddiem id-“Deċiżjoni kkontestata”) minħabba li din tal-aħħar ġiet adottata bi ksur tal-Ewwel Artikolu tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll tal-Artikolu 110 tal-imsemmija regolamenti, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tas-SEAE. Ir-rikorrenti jinvokaw ukoll l-assenza totali ta’ motivazzjoni taċ-ċaħda tal-ilment tagħhom indirizzat kontra d-Deċiżjoni kkontestata. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ twettiq ta’ djalogu soċjali qabel ma ġiet adottata d-Deċiżjoni kkontestata, bi ksur tal-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet miksuba tal-uffiċjali u membri tal-persunal fil-post għal numru ta’ snin u li tagħhom l-ulied ilhom imorru l-iskola għal xi snin. Dan il-ksur huwa kkawżat mid-Deċiżjoni kkontestata sa fejn tidbel is-sistema stabbilita minn qabel, li biha l-parti l-kbira tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal li kienu jitolbu rimbors addizzjonali kienu jiksbu r-rimbors sħiħ tal-ispiża li kien jaqbeż il-limitu statutorju. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ previdenza, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, ikkawżat mid-Deċiżjoni kkontestata b’mod partikolari sa fejn hija tipprevedi miżura tranżitorja fuq perijodu ta’ sena biss u li l-modalitajiet il-ġodda ta’ rimbors hekk kif adottati ġew imposti fuq l-uffiċjali u fuq il-membri tal-persunal fil-post fil-mument tal-adozzjoni tagħhom. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bbilanċjar tal-interessi u ta’ assenza ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata, liema deċiżjoni tfittex bħala għan waħdieni t-tnaqqis tal-impatt finanzjarju, li jimplika rimbors addizzjonali tal-ispejjeż tal-iskola filwaqt li s-SEAE setgħet tadotta miżuri oħra sabiex jintlaħaq dan il-għan, mingħajr ma tikser id-drittijiet tal-persunal tagħha. Il-konvenut b’dan il-mod għażel is-soluzzjoni li toħloq l-iktar preġudizzju lill-uffiċjali u l-membri tal-persunal tiegħu. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni, sa fejn id-Deċiżjoni kkontestata ħolqot diskriminazzjoni billi stabilixxiet prinċipju ta’ rimborsi mwettqa skont bażijiet identiċi għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal li jinsabu f’delegazzjonijiet differenti u, għaldaqstant, trattament identiku għal sitwazzjonijiet differenti. |
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni li twettaq mis-SEAE peress li l-adozzjoni tad-Deċiżjoni kkontestata kellha bħala effett li ġġiegħel lir-rikorrenti jagħżlu bejn il-ħajja professjonali tagħhom u l-imsemmija drittijiet fundamentali. |