Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0809

    Kawża T-809/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Intercontact Budapest vs CdT (“Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura f’kaskata — Terminu ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 44, 4.2.2019, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/67


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Intercontact Budapest vs CdT

    (Kawża T-809/17) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura f’kaskata - Terminu ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà”))

    (2019/C 44/88)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrenti: Intercontact Budapest Fordító és Pénzügyi Tanácsadó Kft. (Intercontact Budapest Kft.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: É. Subasicz, avukat)

    Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Garnier u G. Bukodi, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2017 miċ-CdT, li tikklassifika lir-rikorrenti, rispettivament, fit-tieni u t-tielet pożizzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ offerenti magħżula għall-konklużjoni ta’ kuntratti-qafas multipli fi tmiem proċeduri tal-kuntratt pubbliku FL/GEN 16-01 u FL/GEN 16-02.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 72, 26.2.2018


    Top