Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0808

Kawża T-808/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2019 – Pethke vs EUIPO (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rapport ta’ evalwazzjoni – Regolarità tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ evalwazzjoni ta’ appell – Obbligu ta’ imparzjalità tal-evalwatur tal-appell”)

ĠU C 27, 27.1.2020, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2019 – Pethke vs EUIPO

(Kawża T-808/17) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Regolarità tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ evalwazzjoni ta’ appell - Obbligu ta’ imparzjalità tal-evalwatur tal-appell”)

(2020/C 27/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ralph Pethke (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent dwar is-sena 2016 kif ukoll, jekk meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-EUIPO tat-18 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Ralph Pethke dwar is-sena 2016 u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad l-ilment imressaq minn R. Pethke, huma annullati.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn R. Pethke.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


Top