EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0788

Kawża T-788/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Szabados vs EUIPO – Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (MicroSepar) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MicroSepar — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea SeparSolidaria — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

ĠU C 436, 3.12.2018, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Szabados vs EUIPO – Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (MicroSepar)

(Kawża T-788/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MicroSepar - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea SeparSolidaria - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 436/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Szabados (Grünwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Wobst, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2420/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Andreas Szabados u Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Andreas Szabados huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


Top