Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0418

Kawża T-418/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Eduard Meier vs EUIPO – Calzaturificio Elisabet (Safari Club) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Safari Club — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti WS Walk Safari — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001)”)

ĠU C 392, 29.10.2018, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Eduard Meier vs EUIPO – Calzaturificio Elisabet (Safari Club)

(Kawża T-418/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Safari Club - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti WS Walk Safari - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001)”))

(2018/C 392/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eduard Meier GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Schicker u M. Knitter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Calzaturificio Elisabet Srl (Monte Urano, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1158/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Calzaturificio Elisabet u Eduard Meier.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1158/2016-4) hija annullata sa fejn laqgħet l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Safari Club għall-prodotti “boroż fejn tinżamm il-qabda mill-kaċċa” u “ħwejjeġ għall-kaċċa, ħwejjeġ u żraben tal-kaċċa”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


Top