Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0548

Kawża C-548/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Settembru 2017 – Finanzamt Goslar vs baumgarten sports & more GmbH

OJ C 437, 18.12.2017, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Settembru 2017 – Finanzamt Goslar vs baumgarten sports & more GmbH

(Kawża C-548/17)

(2017/C 437/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Goslar

Konvenuta: baumgarten sports & more GmbH

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-missjoni imposta fuq il-persuna taxxabbli inkwantu kollettur tat-taxxa għan-nom tal-awtorità fiskali, l-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat b’mod strett fis-sens li l-ammont li għandu jiġi rċevut għall-provvista

a)

huwa dovut jew

b)

huwa mill-inqas dovut b’mod inkundizzjonat?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: il-persuna taxxabbli hija marbuta tiffinanzja bil-quddiem l-ammont tat-taxxa dovuta fir-rigward tal-provvista matul perijodu ta’ sentejn jekk hija tista’ tirċievi (parti mi)r-remunerazzjoni tal-provvista tagħha biss sentejn wara li jkun seħħ il-fatt taxxabbli?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: fid-dawl tas-setgħat li l-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jagħti lill-Istati Membri, dawn tal-aħħar huma awtorizzati jieħdu inkunsiderazzjoni li aġġustament previst mill-Artikolu 90(1) ta’ din id-direttiva għandu jsir mill-perijodu ta’ tassazzjoni li matulu t-taxxa saret eżiġibbli, jekk l-ammont li għandu jiġu rċevut jista’ jiġi rċevut mill-persuna taxxabbli biss sentejn wara li jkun seħħ il-fatt taxxabbli peress li dan l-ammont ikun għadu ma huwiex dovut?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


Top