Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0065

Kawża C-65/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-6 ta’ Frar 2017 – Oftalma Hospital Srl vs C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte

OJ C 144, 8.5.2017, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-6 ta’ Frar 2017 – Oftalma Hospital Srl vs C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte

(Kawża C-65/17)

(2017/C 144/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oftalma Hospital Srl

Konvenuta: C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992 (1), li jipprevedi li l-kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom servizzi elenkati fl-Anness I B għandhom jingħataw skont l-Artikoli 14 u 16, għandu jiġi interpretat fis-sens li dawn il-kuntratti fi kwalunkwe każ jibqgħu suġġetti għall-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, imsemmija fl-Artikoli 43, 49 u 86 [KE]?

2)

Fil-każ fejn l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 27 tad-Direttiva 92/50/KEE, li jipprevedi li, fil-każ ta’ għoti ta’ kuntratt skont il-proċedura nnegozjata, in-numru ta’ kandidati ammessi sabiex jinnegozjaw ma jistax inkun inqas minn tlieta, bil-kundizzjoni li jkun hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati adattati, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika wkoll għall-kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom servizzi elenkati fl-Anness I B tad-Direttiva?

3)

L-Artikolu 27 tad-Direttiva 92/50/KEE, li jipprevedi li, fil-każ ta’ għoti ta’ kuntratt skont il-proċedura nnegozjata, in-numru ta’ kandidati ammessi sabiex jinnegozjaw ma jistax ikun inqas minn tlieta, bil-kundizzjoni li jkun hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati adattati, jostakola l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi li ngħataw f’data preċedenti għall-adozzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004 (2), u li għandhom bħala s-suġġett tagħhom servizzi elenkati fl-Anness I B tad-Direttiva 92/50/KE, ma tiggarantixxix il-ftuħ għall-kompetizzjoni fil-każ ta’ applikazzjoni tal-proċedura nnegozjata?


(1)  Direttiva Tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322).

(2)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


Top