Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0811

Kawża T-811/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

OJ C 30, 30.1.2017, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/49


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-811/16)

(2017/C 030/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Danilo Di Bernardo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2016 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla EPSO/AST-SC/03 eskluda lir-rikorrent mill-imsemmija kompetizzjoni hija annullata;

il-Kummissjoni hija, fi kwalunkwe każ, ikkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti differenti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Għażla fl-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv, imqajjem b’mod sussidjarju, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata, u bbażat fuq l-assenza ta’ komunikazzjoni lir-rikorrent tal-kriterji ta’ għażla stabbiliti mill-Bord tal-Għażla.


Top