Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0808

Kawża T-808/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Jean Patou World vs EUIPO – Emboga (HISPANITAS JOY IS A CHOICE)

OJ C 14, 16.1.2017, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/54


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Jean Patou World vs EUIPO – Emboga (HISPANITAS JOY IS A CHOICE)

(Kawża T-808/16)

(2017/C 014/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jean Patou Worldwide Ltd (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentati minn: S. Baran, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Emboga, SA (Petrel, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “HISPANITAS JOY IS A CHOICE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 789 971

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 235/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem l-EUIPO

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top