Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0796

Kawża T-796/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – CEDC International vs EUIPO – Underberg (Rappreżentazzjoni ta’ xafra tal-ħaxix ta’ kulur kannella ħadrani fi flixkun)

OJ C 6, 9.1.2017, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/54


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – CEDC International vs EUIPO – Underberg (Rappreżentazzjoni ta’ xafra tal-ħaxix ta’ kulur kannella ħadrani fi flixkun)

(Kawża T-796/16)

(2017/C 006/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentati minn: M. Siciarek, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Underberg AG (Dietlikon, l-Iżvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ xafra tal-ħaxix ta’ kulur kannella ħadrani fi flixkun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 33 266

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 1248/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(a) u (b), 42(2) u (3), 75 u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top