EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0738

Kawża T-738/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – La Quadrature du Net et vs Il-Kummissjoni

OJ C 6, 9.1.2017, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/39


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – La Quadrature du Net et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-738/16)

(2017/C 006/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: La Quadrature du Net (Pariġi, Franza), French Data Network (Amiens), Fédération des Fournisseurs d’Accès à Internet Associatifs (Fédération FDN) (Amiens) (rappreżentant: H. Roy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-KUMMISSJONI (UE) 2016/1250, tat-12 ta’ Lulju 2016, tikser l-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

tannulla din id-deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), minħabba fin-natura ġenerali tal-ġbir li huwa awtorizzat mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1250, tat-12 ta’ Lulju 2016, skont id-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-Ħarsien tal-Privatezza UE-U.S. (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) wettqet tali ksur billi ma waslitx għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti b’mod partikolari taffettwa l-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta, safejn id-deċiżjoni kkontestata kkonstatat, b’mod żbaljat, li l-ħarsien tal-privatezza [protezzjoni tad-data] UE-Stati Uniti tiggarantixxi livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li hija sostanzjalment ekwivalenti għal dik iggarantita fi ħdan l-Unjoni minkejja l-assenza ta’ limitazzjoni għall-minimu neċessarju għall-operazzjonijiet awtorizzati mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta, safejn id-deċiżjoni kkontestata ma kkunsidratx l-assenza ta’ rimedju effettiv previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti u, minkejja dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, ikkonkludiet li kien hemm ekwivalenza mal-protezzjoni msemmija iktar ’il fuq.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta, peress li d-deċiżjoni kkontestata kkunsidrat b’mod manifestament żbaljat li l-ħarsien tal-privatezza [protezzjoni tad-data] UE-Stati Uniti tiggarantixxi protezzjoni ekwivalenti għal dik iggarantita fl-Unjoni u dan, minkejja l-assenza ta’ kontroll indipendenti previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti.


Top