Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0123

Kawża T-123/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON)

OJ C 175, 17.5.2016, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/27


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON)

(Kawża T-123/16)

(2016/C 175/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “Burlington” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 982 020 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 1635/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(5), 8(4) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top