EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0060

Kawża T-60/16 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċemru 2015 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-55/13, De Nicola vs BEI

OJ C 111, 29.3.2016, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/37


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċemru 2015 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-55/13, De Nicola vs BEI

(Kawża T-60/16 P)

(2016/C 111/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet tal-appellant

tilqa’ dan l-appell u, parzjalment tirriforma s-sentenza appellata, tannulla l-punti 2 u 3 tad-dispożittiv, kif ukoll il-paragrafi 59 sa 64 tas-sentenza nnifisha;

konsegwentement, tannulla l-linji gwida stabbiliti għas-sena 2011 jew tiddikjara li ma għadhomx applikabbli; tikkundanna lill-BEI sabiex jukkumpensa lil C. De Nicola għad-danni subiti, kif mitlub fir-rikors promotur jew, sussidjarjament, tirreferi l-każ lil Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex, b’kompożizzjoni differenti, tkun tista’ tagħti deċiżjoni ġdida dwar il-paragrafi annullati;

tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment ibati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-55/13).

L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-55/16 P De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment.


Top