EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0207

Kawża T-207/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Avviż ta’ esklużjoni — Avviż ta’ verifika — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

OJ C 231, 17.7.2017, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Avviż ta’ esklużjoni - Avviż ta’ verifika - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 231/29)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni ġenerali tar-rikorrent kif ukoll tad-deċiżjonijiet ta’ inklużjoni u ta’ attivazzjoni tal-avviż ta’ esklużjoni li jikkonċerna lir-rikorrent fis-sistema ta’ twissija bikrija jew fis-sistema ta’ identifikazzjoni rapida u ta’ esklużjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top