Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0764

Kawża T-764/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – Paulini vs BĊE (“Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Remunerazzjoni — Proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances — Legalità tal-linji gwida — Metodu ta’kalkolu — Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard — Teħid inkunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ rappreżentant tal-persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”)

OJ C 142, 23.4.2018, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – Paulini vs BĊE

(Kawża T-764/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances - Legalità tal-linji gwida - Metodu ta’kalkolu - Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard - Teħid inkunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ rappreżentant tal-persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”))

(2018/C 142/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jörn Paulini (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u M. Vandenbussche, sussegwentement minn L. Levi u A. Tymen u finalment minn L. Levi, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. von Lindeiner u D. Camilleri Podestà, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE, ikkomunikata lir-rikorrent fil-15 ta’ Diċembru 2015 u emendata fl-10 ta’ Frar 2016, dwar ir-reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances għall-2015, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sostna insegwitu għal din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jörn Paulini għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


Top