EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0633

Kawża T-633/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2017 – Bilde vs Il-Parlament (“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew — Allowance għal assistenza parlamentari — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament — Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali — Electa una via — Drittijiet tad-difiża — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Drittijiet politiċi — Ugwaljanza fit-trattament — Użu ħażin ta’ poter — Indipendenza tal-Membri — Żball ta’ fatt — Proporzjonalità”)

OJ C 22, 22.1.2018, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2017 – Bilde vs Il-Parlament

(Kawża T-633/16) (1)

((“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance għal assistenza parlamentari - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament - Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali - Electa una via - Drittijiet tad-difiża - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Drittijiet politiċi - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter - Indipendenza tal-Membri - Żball ta’ fatt - Proporzjonalità”))

(2018/C 022/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dominique Bilde (Lagarde, Franza) (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, R. Meyer u A. Jensen, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-23 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 40 320 imħallsa indebitament bħala assistenza paralmentari, tan-notifika u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni li jinsabu fl-ittri tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament tat-30 ta’ Ġunju u tas-6 ta’ Lulju 2016 kif ukoll tan-nota ta’ debitu relatata tad-29 ta’ Ġunju 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba, b’mod partikolari, l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dominique Bilde għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Parlament Ewropew.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


Top