EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0562
Case T-562/16: Judgment of the General Court of 26 September 2017 — Hanschmann v Europol (Civil Service — Europol — Non-renewal of a contract — Refusal to award a contract for an indefinite period — Compensation — Annulment by the Civil Service Tribunal — Enforcement of the judgments in Cases F 27/09 and F 104/12)
Kawża T-562/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Hanschmann vs Europol (Servizz pubbliku — Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat — Kumpens — Annallament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-Kawżi F-27/09 u F-104/12)
Kawża T-562/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Hanschmann vs Europol (Servizz pubbliku — Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat — Kumpens — Annallament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-Kawżi F-27/09 u F-104/12)
OJ C 382, 13.11.2017, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Hanschmann vs Europol
(Kawża T-562/16) (1)
((Servizz pubbliku - Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat - Kumpens - Annallament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-Kawżi F-27/09 u F-104/12))
(2017/C 382/51)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ingo Hanschmann (Taucha, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Dammingh u N. Dane, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: D. Neumann u C. Falmagne, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, A. Duron u I. Antypas, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Europol tad-29 ta’ Lulju 2014 li ma ġġeddidx għal żmien indeterminat il-kuntratt għal żmien indeterminat il-kuntratt mogħti lir-rikorrent u sabiex tallokalu ammont ta’ EUR 10 000 minħabba t-tul tal-proċedura u l-estensjoni tal-istat ta’ inċertezza tiegħu kif ukoll għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
I. Hanschmann huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
(1) ĠU C 354, 26.10.2015 (kawża inizzjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-119/15) u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-01.09.2016).