EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0518
Case T-518/16: Judgment of the General Court of 4 December 2018 — Carreras Sequeros and Others v Commission (Civil service — Officials and members of the contractual staff — Reform of the Staff Regulations of 1 January 2014 — Article 6 of Annex X to the Staff Regulations — New provisions relating to annual leave applicable to officials posted in a third country — Objection of illegality — Purpose of annual leave)
Kawża T-518/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2018 – Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali u membri tal-persunal bil-kuntratt — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 — Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal — Dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-leave annwali applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Skop tal-leave annwali”)
Kawża T-518/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2018 – Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali u membri tal-persunal bil-kuntratt — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 — Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal — Dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-leave annwali applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Skop tal-leave annwali”)
OJ C 44, 4.2.2019, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2018 – Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-518/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali u membri tal-persunal bil-kuntratt - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 - Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-leave annwali applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Skop tal-leave annwali”))
(2019/C 44/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franciż
Partijiet
Rikorrenti: Francisco Carreras Sequeros (Addis Ababa, l-Etjopja) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness mas-sentenza (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u A.-C. Simon, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u E. Taneva, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti),
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu n-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali tar-rikorrenti mis-sena 2014.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjonijiet dwar it-tnaqqis fl-2014 tan-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali ta’ Francisco Carreras Sequeros u tal-uffiċjali jew membri tal-persunal l-oħra tal-Kummissjoni Ewropea li isimhom jidher fl-anness huma annullati. |
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn F. Carreras Sequeros u mill-uffiċjali jew il-membri tal-persunal l-oħra tal-Kummissjoni li isimhom jidher fl-anness. |
3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
(1) ĠU C 7 tat-12.1.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-88/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).