Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0475

Kawża T-475/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-30 ta’ Novembru 2017 – FTI Touristik vs EUIPO – Prantner u Giersch (Fl) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Fl — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea fly.de — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

OJ C 22, 22.1.2018, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-30 ta’ Novembru 2017 – FTI Touristik vs EUIPO – Prantner u Giersch (Fl)

(Kawża T-475/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Fl - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea fly.de - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 022/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FTI Touristik GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harald Prantner (Hamburg, il-Ġermanja) u Daniel Giersch (Monako, Monako) (rappreżentanti: S. Eble u Y.-A. Wolff, avocats)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 480/2015–5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn FTI Touristik u H. Prantner u D. Giersch.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FTI Touristik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


Top