EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0552

Kawża C-552/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2016 – “Wind Innovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

OJ C 22, 23.1.2017, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2016 – “Wind Innovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-552/16)

(2017/C 022/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Аdministrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Wind Innovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Domandi preliminari

1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT, ibbażat fuq emenda taż-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem iż-“ZDDS”) tal-1 ta’ Jannar 2007, li ttemm il-possibbiltà għal-likwidatur maħtur mill-qorti li jiddeċiedi li l-persuna ġuridika, li x-xoljiment tagħha jkun ġie ordnat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, tibqa’ rreġistrata għall-finijiet taż-ZDDS sad-data tat-tħassir tagħha mir-reġistru tal-kummerċ, meta din il-liġi tipprevedi, għall-kuntrarju, bħala raġuni għat-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT, ix-xoljiment tal-kumpannija kummerċjali bi jew mingħajr stralċ?

2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpetat fis-sens li jipprekludi t-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT, ibbażat fuq emenda taż-ZDDS tal-1 ta’ Jannar 2007, meta l-persuna taxxabbli tkun tissodisfa, fil-mument tat-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT, il-kundizzjonijiet preliminari meħtieġa għal reġistrazzjoni obbligatorja ġdida fir-reġistru tal-VAT, din il-persuna tkun parti f’kuntratti fis-seħħ u tiddikjara li ma waqqfitx l-attivitajiet ekonomiċi tagħha u tkompli twettaqhom, f’sitwazzjoni fejn din il-persuna taxxabbli jkollha effettivament tħallas it-taxxa kkalkolata u dovuta fil-mument tar-reġistrazzjoni obbligatorja mwettqa sabiex ikollha d-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-assi eżistenti li ġew intaxxati fil-mument tat-tħassir u li jkunu għadhom jeżistu meta ssir ir-reġistrazzjoni l-ġdida? Fil-każ li t-tħassir obbligatorju jkun permess fiċ-ċirkustanzi deskritti, id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-assi ntaxxati fil-mument tat-tħassir u li jkunu għadhom jeżistu meta ssir ir-reġistrazzjoni l-ġdida fir-reġistru tal-VAT, u li permezz tagħhom il-persuna taxxabbli twettaq jew ser twettaq provvisti jew servizzi taxxabbli, jista’ jintrabat mal-ħlas effettiv tat-taxxa lill-Istat jew tista’ ssir tpaċija bejn it-taxxa kkalkolata fil-mument tat-tħassir u l-ammont stabbilit tat-taxxa tal-input imħallsa fil-mument tar-reġistrazzjoni l-ġdida fis-sens ta’ din il-liġi, u dan iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li din it-taxxa hija dovuta mill-persuna li jkollha d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


Top