Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0529

Kawża C-529/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Ottubru 2016 – Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH vs Hauptzollamt München

OJ C 30, 30.1.2017, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Ottubru 2016 – Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH vs Hauptzollamt München

(Kawża C-529/16)

(2017/C 030/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH

Konvenut: Hauptzollamt München

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 et seq. tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 (2), jippermettu li jinżamm bħala l-valur għal skopijiet doganali, permezz tal-applikazzjoni ta’ ċavetta ta’ tqassim, prezz ta’ trasferiment miftiehem li jikkonsisti f’ammont inizjalment mitlub u ddikjarat u f’aġġustament b’rata fissa li saret wara t-tmiem tal-perijodu ta’ fatturazzjoni, u dan irrispettivament minn jekk, fi tmiem dan il-perijodu, il-persuna kkonċernata kinitx is-suġġett ta’ regolarizzazzjoni ta’ debitu jew ta’ kreditu?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:

Jista’ il-valur għal skopijiet doganali jiġi eżaminat u stabbilit abbażi ta’ kalkolu semplifikat meta huma rikonoxxuti l-effetti ta’ aġġustamenti tal-prezzijiet mwettqa a posteriori (kemm ’il fuq u ’l isfel)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239.


Top