Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0523

Kawża C-523/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2016 – MA.T.I. SUD SpA vs Società Centostazioni SpA

OJ C 22, 23.1.2017, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2016 – MA.T.I. SUD SpA vs Società Centostazioni SpA

(Kawża C-523/16)

(2017/C 022/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MA.T.I. SUD SpA

Konvenuta: Società Centostazioni SpA

Domandi preliminari

1)

Jekk wieħed jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li jimponu n-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess (soccorso istruttorio) bil-għan li din tiġi rregolarizzata, l-Artikolu 38(2a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni […] huwa kuntrarju jew le għad-dritt Komunitarju meta jipprevedi l-ħlas ta’ “sanzjoni pekunjarja” ta’ ammont li għandu jiġi ffissat mill-awtorità kontraenti (“ammont li ma jistax ikun inqas minn wieħed f’elf jew iktar minn wieħed fil-mija tal-valur tal-kuntratt, u fi kwalunkwe każ li ma jistax ikun ogħla minn EUR 50 000 u li l-ħlas tiegħu huwa ggarantit mill-kawzjoni provviżorja”) fid-dawl tal-ammont eċċessivament għoli u tan-natura tas-sanzjoni li hija ffissata bil-quddiem, peress li dan ma jistax jiġi adattatskont is-sitwazzjoni konkreta li għandha tiġi rregolata, jiġifieri tal-gravità tal-irregolarità li għaliha wieħed jixtieq jirrimedja?

2)

Għall-kuntrarju, dan l-istess Artikolu 38(2a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006 (dejjem fi-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data msemmija iktar ’il fuq) jikser id-dritt Komunitarju sa fejn in-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess jista’ fih innifsu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra l-prinċipji intiżi għall-ftuħ massimu tas-suq għall-kompetizzjoni li din is-sistema ta’ assistenza hija intiża li tikseb, billi l-liġi timponi lill-awtorità kontraenti li tipprovdi din l-assistenza fl-interess pubbliku li tilħaq dan l-għan ta’ kompetizzjoni?


Top