EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0398

Kawża C-398/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Lulju 2016 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

OJ C 371, 10.10.2016, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Lulju 2016 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-398/16)

(2016/C 371/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

L-Artikoli 43 u 48 KE (li issa huma l-Artikoli 49 u 54 TFUE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema kumpannija omm stabbilita fi Stat Membru ma hijiex awtorizzata tnaqqas l-interessi fir-rigward ta’ self li għandu rabta ma’ kontribuzzjoni ta’ kapital magħmula lil sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, filwaqt li hija tkun tista’ tibbenefika minn dan it-tnaqqis li kieku din is-sussidjarja tkun ġiet inkluża mal-imsemmija kumpannija omm f’entità fiskali unika – b’karatteristiċi bħal dawk tal-entità fiskali unika Olandiża – peress li f’dan il-każ, minħabba l-konsolidazzjoni, ma jkun hemm l-ebda rabta ma’ tali kontribuzzjoni ta’ kapital?


Top