EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0083

Kawża C-83/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Frar 2016 – Heta Asset Resolution Bulgaria OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

OJ C 136, 18.4.2016, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Frar 2016 – Heta Asset Resolution Bulgaria OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

(Kawża C-83/16)

(2016/C 136/25)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Heta Asset Resolution Bulgaria OOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 161(5) u 210(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-esportatur ta’ merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità huwa l-persuna, stabbilita f’dan it-territorju, li hija parti fil-kuntratt ta’ bejgħ ta’ din il-merkanzija lil persuna stabbilita f’pajjiż terz, meta dan il-kuntratt jissuġġetta l-merkanzija inkwistjoni għall-proċedura doganali ta’ esportazzjoni fis-sens tal-imsemmi regolament?

2)

L-Artikoli 161(1) u 210(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ikun hemm każ ta’ esportazzjoni u jkun tnissel dejn doganali fuq l-esportazzjoni fir-rigward ta’ bastiment għad-divertiment (yacht) irreġistrat fi Stat Membru għas-sempliċi raġuni li jkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ bejgħ lil persuna stabbilita fi Stat terz u li jkun tneħħa mir-reġistru marittimu tal-imsemmi Stat Membru?

3)

Il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 795(1) tar-Regolament [tal-Kumissjoni] (KEE) Nru 2454[/93], tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fil-kuntest tal-esportazzjoni ta’ bastiment għad-divertiment (yacht) irreġistrat fi Stat Membru, il-kuntratt ta’ bejgħ ta’ dan il-bastiment lil persuna stabbilita fi Stat terz u t-tneħħija tal-istess bastiment mir-reġistri marittimi tal-imsemmi Stat Membru jikkostitwixxu prova suffiċjenti fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni?

4)

Il-punt (b) tat-tielet subparagrafu u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 795(1), [moqrija flimkien mal-]Artikolu 796e(1)(b) tar-Regolament [tal-Kumissjoni] (KEE) Nru 2454[/93], tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-evalwazzjoni mill-awtorità doganali kompetenti tan-natura suffiċjenti tal-provi fis-sens tal-Artikolu 796da(4) tal-istess regolament hija vinkolanti u ma hijiex suġġetta għall-kontroll tal-awtorità doganali li tintalab taċċetta d-dikjarazzjoni fid-dwana a posteriori fis-sens tal-ewwel dispożizzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.


Top