EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0015

Kawża C-15/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2015 – Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht vs Ewald Baumeister

OJ C 111, 29.3.2016, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2015 – Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht vs Ewald Baumeister

(Kawża C-15/16)

(2016/C 111/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht

Konvenut: Ewald Baumeister

Intervenjent: Frank Schmitt bħala amministratur ta’ insolvenza għall-assi ta’ Phoenix Kapitaldienst GmbH

Domandi preliminari

1.

a)

L-informazzjoni kollha dwar l-impriża li tiġi kkomunikata mill-impriża ssorveljata lill-awtorità ta’ sorveljanza taqa’, indipendentement minn kundizzjonijiet oħra, taħt il-kunċett ta’ “tagħrif [informazzjoni kunfidenzjali]” fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (1), u, għaldaqstant, taħt il-kunċett ta’ sigriet professjonali skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 54(1) tal-imsemmija direttiva?

b)

Id-dikjarazzjonijiet kollha tal-awtorità ta’ sorveljanza li jinsabu fil-fajl, inkluża l-korrispondenza tagħha ma’ dipartimenti oħra, jaqgħu, indipendentement minn kundizzjonijiet oħra, taħt l-obbligu ta’ kunfidenzjalità impost fuq l-awtoritajiet ta’ sorveljanza (“sigriet li jitlob il-prudenza”), li jagħmel parti mis-sigriet professjonali skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal waħda mid-domandi (a) jew (b) hawn fuq:

c)

Id-dispożizzjoni dwar is-sigriet professjonali li tinsab fl-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39 għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex informazzjoni tiġi kklassifikata bħala kunfidenzjali jew le,

aa)

importanza deċiżiva tingħata lill-punti dwar jekk informazzjoni taqax min-natura tagħha taħt is-sigriet professjonali jew jekk l-aċċess għall-informazzjoni jistax jippreġudika konkretament u effettivament l-interess tal-kunfidenzjalità tagħha, jew

bb)

għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi oħra li fil-preżenza tagħhom l-informazzjoni taqa’ taħt is-sigriet professjonali, jew

cc)

rigward l-informazzjoni dwar l-impriża li tiġi kkomunikata mill-istabbiliment ta’ kreditu ssorveljat u li tinsab fil-fajl tal-awtorità ta’ sorveljanza kif ukoll dokumenti marbuta magħha tal-awtorità ta’ sorveljanza, din tal-aħħar tista’ tinvoka preżunzjoni konfutabbli li din hija sigriet tal-impriża jew sigriet li jitlob il-prudenza?

2)

Il-kunċett ta’ “informazzjoni kunfidenzjali” fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-klassifikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-impriża kkomunikata lill-awtorità ta’ sorveljanza bħala sigriet tal-impriża li ħaqqu protezzjoni jew informazzjoni oħra li ħaqqha protezzjoni, l-uniku fattur rilevanti huwa d-data li fiha din ġiet ikkomunikata lill-awtorità ta’ sorveljanza?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda:

3)

Għandu jitqies, għall-finijiet tal-kwistjoni dwar jekk informazzjoni dwar l-impriża għandhiex tiġi protetta inkwantu sigriet tal-impriża minkejja tibdil fl-ambjent ekonomiku u taqa’ għaldaqstant taħt is-sigriet professjonali skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39, li jeżisti b’mod ġenerali limitu fiż-żmien – pereżempju ta’ ħames snin –, li mal-iskadenza tiegħu teżisti preżunzjoni konfutabbli li l-informazzjoni tilfet il-valur ekonomiku tagħha? L-istess jgħodd għas-sigriet li jitlob il-prudenza?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263.


Top