EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CC0550
Opinion of Advocate General Bot delivered on 26 October 2017.#A and S v Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie.#Request for a preliminary ruling from the rechtbank Den Haag.#Reference for a preliminary ruling — Right to family reunification — Directive 2003/86/EC — Article 2(f) — Definition of ‘unaccompanied minor’ — Article 10(3)(a) — Right of a refugee to family reunification with his parents — Refugee below the age of 18 at the time of entry into the Member State and at the time of application for asylum, but over 18 at the time of the decision granting asylum and of his application for family reunification — Relevant date for assessing ‘minor’ status of the person concerned.#Case C-550/16.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Y. Bot, ippreżentati fis-26 ta’ Ottubru 2017.
A u S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-rechtbank Den Haag.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Direttiva 2003/86/KE – Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) – Kunċett ta’ ‘minuri mhux akkumpanjat’ – Artikolu 10(3)(a) – Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu – Refuġjat taħt l-età ta’ 18‑il sena fil-mument tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, iżda maġġorenni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħtih l-ażil u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja – Data determinanti għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ ‘minuri’ tal-persuna kkonċernata.
Kawża C-550/16.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Y. Bot, ippreżentati fis-26 ta’ Ottubru 2017.
A u S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-rechtbank Den Haag.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Direttiva 2003/86/KE – Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) – Kunċett ta’ ‘minuri mhux akkumpanjat’ – Artikolu 10(3)(a) – Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu – Refuġjat taħt l-età ta’ 18‑il sena fil-mument tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, iżda maġġorenni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħtih l-ażil u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja – Data determinanti għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ ‘minuri’ tal-persuna kkonċernata.
Kawża C-550/16.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2017:824
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
BOT
ippreżentati fis-26 ta’ Ottubru 2017 ( 1 )
Kawża C‑550/16
A,
S
vs
Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (qorti ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Kunċett ta’ ‘minuri mhux akkumpanjat’ – Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu – Permess ta’ residenza provviżorja – Refuġjat taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tiegħu u tal-preżentatazzjoni tal-applikazzjoni għall-ażil u ta’ iktar minn 18-il sena fil-mument tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja – Data determinanti għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ minuri mhux akkumpanjat”
I. Introduzzjoni
1. |
X’inhi d-data deċiżiva għall-kunsiderazzjoni tal-istatus ta’ minuri mhux akkumpanjat? Jista’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li jkun wasal minuri fit-territorju ta’ Stat Membru u li jikseb ażil biss wara li jkun għalaq l-età maġġuri jibbenefika minn dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja bħala minuri mhux akkumpanjat? Essenzjalment huma dawn il-mistoqsijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tirrispondi. |
2. |
Il-kawża preżenti se tkun opportunità għall-Qorti tal-Ġustizzja biex tiddeċiedi dwar il-protezzjoni li għandha tingħata lill-persuni li jaslu minuri fl-Unjoni Ewropea u jiksbu l-istatus ta’ refuġjat meta jkunu għalqu l-età maġġuri tagħhom waqt l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni u, wara li jkunu kisbu dak l-istatus, jibdew proċedura għar-riunifikazzjoni tal-familja. |
3. |
Hawnhekk ser ikun meħtieġ li jiġu bbilanċjati l-istadji proċedurali li jimmarkaw it-triq ta’ dawn l-applikanti għall-ażil kif ukoll id-dewmien amministrattiv eventwali u l-mogħdija ineżorabbli taż-żmien fil-ħajja ta’ persuna li tagħlaq l-età maġġuri waqt li jkun qed jiġi eżaminat il-fajl tagħha bl-applikazzjoni tal-ażil u li titlob għall-ġenituri tagħha d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ladarba tkun kisbet l-istatus ta’ refuġjat. |
4. |
Fit-tmiem tal-analiżi tiegħi, se nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tadotta l-iktar interpretazzjoni protettiva possibbli billi tiddeċiedi li jista’ jitqies bħala minuri mhux akkumpanjat, fis-sens tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86/KE ( 2 ), ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat taħt l-età ta’ 18-il sena li jidħol fit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jkun akkumpanjat minn adult li jkun responsabbli għalih skont il-liġi jew b’użanza, li jitlob l-ażil u mbagħad, matul il-proċedura, jagħlaq l-età maġġuri qabel ma jingħata l-ażil, b’effett retroattiv mid-data tal-applikazzjoni u, fl-aħħar nett jitlob il-benefiċċju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mogħti lir-refuġjati minuri mhux akkumpanjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(3) ta’ dik id-direttiva. |
II. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt tal-Unjoni
5. |
Id-Direttiva 2003/86 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom jiġi eżerċitat id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja li jkollhom iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju tal-Istati Membri. |
6. |
Il-premessi 2, 4, 6 u 8 sa 10 ta’ din id-direttiva huma ffomulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
|
7. |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
[…]
|
8. |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/86 jistabbilixxi: “1. Din id-Direttiva għandha tapplika fejn l-isponsor għandu permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru għal perjodu ta’ validita ta’ sena jew iktar li għandu prospetti raġonevoli li jikseb id-dritt ta’ residenza permanenti, jekk il-membri tal-familja tiegħu jew tagħha huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi ta’ status ikun xi jkun. 2. Din id-Direttiva ma tapplikax fejn l-isponsor ikun:
[…] 5. Din id-Direttiva m’għandiex taffettwa l-possibilità għall-Istati Membri li jadottaw jew iżommu disposizzjonijiet iktar favorevoli”. |
9. |
L-Artikolu 4(2)(a) ta’ din id-direttiva jgħid li: “L-Istati Membri jistgħu, b’liġi jew regolament, jawtorizzaw id-dħul u residenza, skond din id-Direttiva u suġġetti għal konformita mal-kondizzjonijiet preskritti fil-Kapitolu IV, tal-membri tal-familja li ġejjin:
|
10. |
L-Artikolu 5 ta’ dik id-direttiva jgħid: “1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk, biex ikun eżerċitat id-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja, applikazzjoni tad-dħul u residenza għandhiex tkun issottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jew mill-isponsor jew mill-membru jew membri tal-familja. 2. L-applikazzjoni għandha tkun akkompanjata b’evidenza dokumentarja tar-relazzjoni familjali u ta’ konformita mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 4 u 6 u, fejn applikabbli, l-Artikoli 7 u 8, kif ukoll kopji ċċertifikati tad-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar tal-membru(i) tal-familja. […] 3. L-applikazzjoni għand tkun issottomessa u eżaminata meta l-membri tal-familja jkunu joqogħdu barra t-territorju ta’ l-Istat Membru li fih l-isponsor joqgħod. […] 4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jagħtu lill-persuna, li ssottomettiet l-applikazzjoni, notifika bil-miktub tad-deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ mhux iktar tard minn disa’ xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet iddepożitata. F’ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mal-komplessita ta’ l-eżami ta’ l-applikazzjoni, il-limitu ta’ żmien li jirreferi għalih l-ewwel paragrafu jista’ jkun estiż. Għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni. Kull konsegwenzi [tal-assenza ta’ deċiżjoni] sa tmiem il-perjodu li jipprovdi għalih l-ewwel paragrafu għandhom ikunu ddeterminati mil-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru relevanti. 5. Meta tkun eżaminata applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-attenzjoni dovuta għall-aħjar interessi ta’ tfal minorenni.” |
11. |
Il-Kapitolu V tad-Direttiva 2003/86 jirregola, fl-Artikoli 9 sa 12 tiegħu, speċifikament ir-riunifikazzjoni tal-familja tar-refuġjati. L-Artikolu 9(1) u (2) ta’ dan it-test jipprovdi: “1. Dan il-Kapitolu għandu japplika għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ refuġjati rrikonoxxuti mill-Istati Membri. 2. Stati Membri jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għal refuġjati li r-relazzjonijiet familjali tagħhom jkunu bdew qabel id-dħul tagħhom.” |
12. |
L-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva jgħid: “1. L-Artikolu 4 għandu japplika għad-definizzjoni ta’ membri tal-familja ħlief li t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu ma’għandux japplika għat-tfal ta’ refuġjati. 2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw riunifikazzjoni tal-familja ta’ membri oħra tal-familja li ma jirreferix għalihom l-Artikolu 4, jekk huma dipendenti fuq ir-refuġjat. 3. Jekk ir-refuġjat huwa minorenni mhux akkompanjat, l-Istat Membru:
|
13. |
L-Artikolu 11 ta’ dik id-direttiva jistabbilixxi: “1. L-Artikolu 5 għandu japplika għas-sottomissjoni u eżami ta’ l-applikazzjoni, suġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Fejn refuġjat ma jistax jipprovdi xiehda dokumentarja uffiċjali tar-relazzjoni familjali, l-Istati Membri għandhom iqisu xiehda oħra, li għandha tkun stmata skond il-liġi nazzjonali, ta’ l-eżistenza ta’ din ir-relazzjoni. Deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni tista’ ma tkunx ibbażata biss fuq il-fatt li provi dokumentati jkunu nieqsa.” |
14. |
L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/86 jgħid: “1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7, l-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu li r-refuġjat u/jew il-membri tal-familja jipprovdu, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet dwar dawk il-membri tal-familja li jirreferi għalihom l-Artikolu 4(1), ix-xiehda li r-refuġjat jissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati fl-Artikolu 7. Mingħajr preġudizzju għal obbligi internazzjonali, fejn riunifikazzjoni tal-familja hija possibbli f’pajjiż terz li miegħu l-isponsor u/jew il-membru tal-familja għandu rabtiet speċjali, Stati Membri jistgħu jirrikjedu provvvediment tax-xiehda li jirreferi għaliha l-ewwel subparagrafu. Stati Membri jistgħu jirrikjedu li r-refuġjat jissodisfa l-kondizzjonijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 7(1) jekk l-applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja ma tkunx issottomessa fi żmien perjodu ta’ tliet xhur wara l-għoti ta’ l-istatus ta’ refuġjat. 2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, l-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu li r-refuġjat li kellu jkun joqgħod fit-territorju tagħhom għal ċertu perjodu ta’ żmien, qabel ma l-membri tal-familja tiegħu/tagħha jingħaqdu miegħu/magħha.” |
15. |
Skont l-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva, din tal-aħħar kellha tiġi trasposta mill-Istati Membri fid-dritt nazzjonali tagħhom mhux iktar tard mit-3 ta’ Ottubru 2005. |
B. Id-dritt Olandiż
16. |
Skont il-parti inizjali u l-punt (c) tal-Artikolu 29(2) tal-Vreemdelingenwet 2000 (liġi dwar il-barranin tal-2000), tat-23 ta’ Novembru 2000, il-missier u l-omm ta’ ċittadin barrani li huwa minuri mhux akkumpanjat fis-sens tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86, jistgħu jingħataw permess ta’ residenza temporanja għall-ażil imsemmi fl-Artikolu 28 ta’ dik l-istess liġi jekk, fil-mument tal-wasla taċ-ċittadin barrani kkonċernat, kienu jagħmlu parti mill-familja nukleari tiegħu u, kemm jekk waslu fl-istess ħin bħal dak iċ-ċittadin fil-Pajjiżi l-Baxxi, kif ukoll jekk ingħaqdu miegħu fi żmien tliet xhur wara l-għoti, lil dak iċ-ċittadin, ta’ permess ta’ residenza temporanja skont l-imsemmi Artikolu 28. |
III. Il-fatti tal-kawżi prinċipali u d-domanda preliminari
17. |
Bint A u S, ta’ nazzjonalità Eritrea, waslet fil-Pajjiżi l-Baxxi, waħedha, meta kienet għadha minuri. Hija applikat għall-ażil fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fis-26 ta’ Frar 2014. Matul il-proċedura għall-eżami tal-applikazzjoni tagħha għall-ażil u meta ma kienet għadha ttieħdet l-ebda deċiżjoni definittiva, il-persuna kkonċernata laħqet l-età maġġuri. Permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2014, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi tawha permess ta’ residenza għall-ażil, validu għal ħames snin, b’effett retroattiv mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħha. |
18. |
Fit-23 ta’ Diċembru 2014, l-organizzazzjoni VluchtelingenWerk Midden-Nederland, f’isem bint A u S, ressqet talba għal awtorizzazzjoni temporanja ta’ residenza għall-ġenituri tagħha kif ukoll għat-tliet aħwa subien minuri tagħha, għar-riunifikazzjoni tal-familja. |
19. |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Mejju 2015, l-iStaatssecretaris van Veiligheid en Justitie (segretarju tal-Istat għas-sigurtà u l-ġustizzja, il-Pajjiżi l-Baxxi) ċaħad din it-talba għar-raġuni li, fiż-żmien tal-applikazzjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja, il-persuna kkonċernata kienet f’età maġġuri u għalhekk ma setgħetx titlob l-istatus ta’ minuri mhux akkumpanjat li jintitolaha li tibbenefika minn dritt preferenzjali għar-riunifikazzjoni tal-familja. L-ilment kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud fit-13 ta’ Awwissu 2015. |
20. |
Fit-3 ta’ Settembru 2015, A u S ippreżentaw fir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (qorti ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), li hija l-qorti tar-rinviju, rikors minn din iċ-ċaħda, filwaqt li saħqu, b’mod partikolari, li jirriżulta mill-parti inizjali u mill-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86 li, sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna tistax tiġi kklassifikata bħala “minorenni mhux akkompanjat”, hija d-data tad-dħul tal-persuna kkonċernata fl-Istat Membru kkonċernat li hija deċiżiva. Għall-kuntrarju, is-segretarju tal-Istat għas-sigurtà u l-ġustizzja jikkunsidra li hija d-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja li hi deċiżiva f’dan ir-rigward. |
21. |
Il-qorti tar-rinviju tosserva li, f’żewġ sentenzi tat-23 ta’ Novembru 2015 ( 4 ), ir-Raad van State (kunsill tal-istat, il-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċieda li l-fatt li ċittadin barrani jkun għalaq l-età maġġuri wara l-wasla tiegħu fit-territorju nazzjonali jista’ jiġi kkunsidrat sabiex jiġi ddeterminat jekk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86 u jekk jistax jiġi kkunsidrat bħala “minorenni mhux akkompanjat”. |
22. |
Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata li timplika li l-kunċett ta’ “minorenni mhux akkompanjat” jiġi evalwat fil-mument tal-wasla tal-persuna kkonċernata fit-territorju nazzjonali, mill-użu tal-kliem “li jaslu” u li hemm enumerat biss żewġ eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju fil-parti inizjali u fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86, jiġifieri s-sitwazzjoni ta’ minuri li inizjalment ikun akkumpanjat imbagħad imħolli waħdu u, bil-kontra, is-sitwazzjoni tal-minuri li mal-wasla tiegħu ma jkunx akkumpanjat, li mbagħad jieħu ħsiebu adult responsabbli. Il-qorti tar-rinviju tindika, minn naħa, li l-kawża ta’ quddiemha ma taqax taħt waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-minuri mhux akkumpanjati u, min-naħa l-oħra, li dawn l-eċċezzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod strett. |
23. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi ir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (qorti ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja: “Fil-kuntest tar-riunifikazzjoni tal-familja tar-refuġjati, ‘minorenni mhux akkompanjat’ fis-sens tal-Artikolu 2(f) [tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2] tad-Direttiva 2003/86/KE għandha wkoll tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna bla stat taħt it-tmintax-il sena, li tidħol fit-territorju ta’ Stati Membru mhux akkompanjata minn adulti responsabbli għaliha bil-liġi jew b’użanza, u li:
|
IV. L-analiżi tiegħi
24. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tirrispondi, essenzjalment, id-domanda dwar liema data għandha titqies biex jiġi stabbilit jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jistax jitqies bħala minuri mhux akkumpanjat u jsostni d-dritt tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja meta daħal fit-territorju ta’ Stat Membru meta kien minuri, applika għall-ażil hemm, kiseb dik il-protezzjoni internazzjonali wara li għalaq l-età maġġuri u mbagħad sostna d-dritt tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja bħala minuri mhux akkumpanjat. |
25. |
F’dan il-kuntest, hemm miftuħa mill-inqas tliet għażliet għall-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri li tikkunsidra li hija jew id-data tad-dħul tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Membru, jew id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-ażil, jew inkella, fl-aħħar nett, id-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, li tkun determinanti fl-evalwazzjoni tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tibbenefika, bħala minuri mhux akkumpanjat, mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/86. |
26. |
Jirriżulta mill-qari flimkien tad-dispożizzjonijiet tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2, u tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/86 li d-data determinanti f’dan ir-rigward għandha neċessarjament tkun qabel dik tal-għoti tal-protezzjoni internazzjonali. Għalhekk dik id-data tista’ tkun biss dik tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-ażil billi, l-ewwel nett, hemm l-użu tal-kliem “li jaslu” fil-parti inizjali u fil-punt (f) tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, it-tieni nett, il-fatt li r-rikonoxximent ta’ dak l-istatus huwa retroattiv minħabba li jidħol fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, u, it-tielet nett, dik id-data hija l-iktar data preċiża li għandha l-amministrazzjoni biex tiddetermina b’ċertezza l-età tal-persuna kkonċernata. |
27. |
Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tar-rinviju, ir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (tribunal ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam) tindika li mill-kliem stess tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, jirriżulta manifestament li din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem fis-sens li d-data determinanti sabiex jiġi evalwat jekk l-applikant għandux jiġi kkunsidrat bħala minuri mhux akkumpanjat, għandha tkun dik tal-għoti tal-permess ta’ residenza mill-awtorità kompetenti u mhux dik tal-preżentatazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja. Sa fejn l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat huwa dikjarattiv u għandu effett retroattiv, hija għalhekk id-data tal-applikazzjoni għat-titlu li tkun determinanti biex jiġi evalwat jekk l-applikant jissodisfax id-definizzjoni tal-minuri mhux akkumpanjat. |
28. |
Fil-fatt, ir-retroattività ta’ miżura ma tistax tkun akkumpanjata minn natura distributtiva tal-forza tal-effetti tagħha. Il-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi tipprevedi b’mod protettiv li l-għoti ta’ status ta’ refuġjat huwa retroattiv sad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jimplika neċessarjament li l-istatus hekk mogħti jinkludi sett ta’ effetti indotti, mid-data tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u b’hekk inkluż dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, kif jirriżulta mid-Direttiva 2003/86 fejn, bħal fil-każ preżenti, l-istatus ta’ refuġjat jingħata lil persuna li tkun ippreżentat l-applikazzjoni tagħha meta kienet minuri. Barra minn hekk, l-aspett protettiv ta’ din il-miżura nazzjonali għandu l-effett li jxejjen l-inugwaljanzi fit-trattament li jirriżultaw minn tul ta’ żmien varjabbli tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ażil. Barra minn hekk, jekk ma jingħatawx id-drittijiet kollha kkonferiti mill-istatus ta’ refuġjat, retroattivament, kif dan huwa previst fid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, ikun manifestament kuntrarju għall-aħjar interessi tal-minuri li applikaw għall-ażil qabel ma jagħlqu l-età maġġuri. |
29. |
Barra minn hekk, ir-riunifikazzjoni tal-familja tista’ tintalab, jew isseħħ, biss meta tkun ittieħdet deċiżjoni definittiva dwar l-applikazzjoni għal permess ta’ residenza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ( 5 ) skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/86. Billi r-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat huwa waħda mill-kundizzjonijiet li jippermettu l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja, ikun kuntrarju għall-għanijiet li trid tilħaq din id-direttiva kif ukoll it-testi tal-Unjoni u t-testi l-oħra tad-dritt internazzjonali li jipproteġu lir-refuġjati, li dan id-dritt preferenzjali jingħata biss lill-persuni li jkunu għadhom minuri fil-mument tal-kisba tal-protezzjoni internazzjonali, anki jekk hija dikjarattiva u retroattiva sad-data tal-preżentatazzjoni tal-applikazzjoni. |
30. |
Għandu jiġi nnotat li, b’din l-interpretazzjoni favorevoli għar-riunifikazzjoni tal-familja, il-Qorti tal-Ġustizzja tevita interpretazzjoni formalistika tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86 li xxekkel it-twettiq tal-għanijiet ta’ dan it-test. Madankollu, hawnhekk ma hijiex kwistjoni li l-persuni minuri kollha li jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri jitħallew jibbenefikaw mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja. Iżda, huwa possibbli li jibbenefikaw minnu persuni li jaslu minuri fit-territorju tal-Istati Membri u li jiksbu l-istatus ta’ refuġjat, anki wara li jkunu għalqu l-età maġġuri, jiġifieri fil-mument meta r-riunifikazzjoni tal-familja ssir possibbli, għaliex infakkar li, skont l-Artikolu 3(1) ta’ dik id-direttiva, il-persuna li tipprova tibbenefika mid-dispożizzjonijiet dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja għandha tingħata permess ta’ residenza, preferibbilment permess ta’ residenza fit-tul jew li joffri prospetti reali li jwasslu għal dritt ta’ residenza permanenti ( 6 ). |
31. |
F’din il-kawża, dan jispjega l-fatt li, sabiex tapplika għar-riunifikazzjoni tal-familja, bint A u S leġittimament stenniet li jkollha id-dritt għall-ażil, għal ħames snin, skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/86. Hija ma ppreżentatx applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja qabel ma bbenefikat minn dak id-dritt ta’ residenza, li, l-ewwel nett, kien ikun imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(a), u tal-Artikolu 9(1) ta’ dik id-direttiva, imbagħad, kien iwassal għal inċertezza fl-eżitu tal-proċedura tar-riunifikazzjoni tal-familja u, fl-aħħar nett kien ikollu l-effett li jgħabbi lill-awtoritajiet nazzjonali b’applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja li potenzjalment ma setgħetx tintlaqa’ minħabba li l-isponsor ma jkunx jibbenefika minn permess ta’ residenza. Għandu jiġi kkunsidrat li d-data determinanti għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ minuri mhux akkumpanjat għandha neċessarjament tkun id-data minn meta r-riunifikazzjoni tal-familja ssir possibbli, jiġifieri fil-mument tal-aċċettazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-applikazzjoni għal permess ta’ residenza ( 7 ). Fil-proċedura prinċipali, fid-dawl tan-natura dikjaratorja u retroattiva tal-għoti tal-istatus ta’ refuġjat, din tirreferi għad-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-ażil. |
32. |
Fil-qosor, l-attitudni ta’ osservanza tal-proċeduri u tas-sekwenza tagħhom adottata mill-persuna kkonċernata fil-każ ineżami ma għandhiex tippreġudikaha u għandha saħansitra tkun apprezzata. |
33. |
Fil-fatt fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ din il-kawża, għandu jitqies it-tul ta’ żmien meħud biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għall-ażil u l-mogħdija ineżorabbli ta’ żmien li wassal biex il-persuna kkonċernata għalqet l-età maġġuri meta ngħatalha l-ażil u għalhekk setgħet, minħabba dan il-fatt, tapplika biex il-ġenituri tagħha, min fl-Etjopja u min fl-Iżrael, jingħaqdu magħha fil-Pajjiżi l-Baxxi biex jiġġeddu r-rabtiet familjari u l-ħajja privata li għaliha kull ċittadin ta’ pajjiż terz huwa intitolat, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tal-KEDB u l-Artikolu 7 tal-Karta, kif interpretati kemm mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
34. |
F’dan ir-rigward, il-premessa 6 tad-Direttiva 2003/86 tirreferi għall-protezzjoni tal-familja u għall-preżervazzjoni tal-ħajja tal-familja. Dan jimplika neċessarjament li dan it-test jiġi interpretat skont l-Artikolu 8 tal-KEDB u l-Artikolu 7 tal-Karta b’mod mhux restrittiv, sabiex ma jitlifx l-effett utli tiegħu jew li jiġi applikat ħażin l-għan ta’ dik id-direttiva, li huwa dak li jippromwovi r-riunifikazzjoni tal-familja ( 8 ). |
35. |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tfakkar li jirriżulta mill-premessa 2 ta’ din id-direttiva li miżuri li jikkonċernaw ir-riunifikazzjoni tal-familja għandhom jiġu adottati skont l-obbligu tal-protezzjoni tal-familja u tar-rispett tal-ħajja tal-familja li huwa mħaddan f’ħafna strumenti tad-dritt internazzjonali. |
36. |
Infakkar ukoll li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ggarantit fl-Artikolu 7 tal-Karta għandu jinqara f’korrelazzjoni mal-obbligu ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri kif stabbilit fl-Artikolu 24(2) tagħha. Skont ir-rekwiżiti ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jaraw li l-aħjar interessi tal-minuri jkunu “kunsiderazzjoni primarja” meta joħorġu, permezz ta’ awtorità pubblika jew privata, att leġiżlattiv li jikkonċerna lill-ulied. Dan ir-rekwiżit huwa espressament imfakkar fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2003/86. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal ikunu jistgħu jżommu relazzjonijiet personali regolari u kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri tagħhom ( 9 ). |
37. |
Għalkemm mhux neċessarjament jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja jista’ jiġi applikat għal ulied f’età maġġuri, għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja, madankollu jirriżulta mill-ġurisprudenza tagħha li r-rabtiet bejn il-wild u l-familja tiegħu għandhom jinżammu u li huma ċirkustanzi eċċezzjonali biss li jistgħu jwasslu għal qasma tar-rabta tal-familja. Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li għandu jsir kollox biex jinżammu r-relazzjonijiet personali u l-unità tal-familja jew ir-“rikostruzzjoni” tal-familja ( 10 ). |
38. |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tqis bosta ċirkustanzi individwali, marbuta mal-wild, sabiex tiddetermina l-aħjar interess tiegħu u tiżgura l-benesseri tiegħu. B’mod partikolari, hija tqis l-età u l-maturità tiegħu kif ukoll il-grad ta’ dipendenza tiegħu mal-ġenituri tiegħu, u tieħu inkunsiderazzjoni, f’dan ir-rigward, il-preżenza jew l-assenza ta’ dawn tal-aħħar. Hija tikkunsidra wkoll l-ambjent li jgħix fih il-wild u s-sitwazzjoni fl-Istat ta’ oriġini tiegħu sabiex tevalwa d-diffikultajiet li l-familja hemm riskju li tiffaċċja fih ( 11 ). Huwa billi jitqiesu dawn l-elementi kollha u billi dawn jiġu bbilanċjati mal-interess ġenerali tal-Istati kontraenti li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tevalwa jekk, fid-deċiżjonijiet tagħhom, dawn l-Istati rnexxilhomx jilħqu bilanċ ġust u rrispettawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tal-KEDB. |
39. |
Fl-implementazzjoni tad-Direttiva 2003/86, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja, li għandhom jagħmlu evalwazzjoni bbilanċjata u raġonevoli tal-interessi kollha involuti filwaqt li, b’mod partikolari, jittieħdu inkunsiderazzjoni dawk tat-tfal ikkonċernati ( 12 ). |
40. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, li kieku kella ssir l-evalwazzjoni ta’ dan il-bilanċ f’din il-kawża, ikun neċessarju li jiġi nnotat, l-ewwel nett, li bint A u ta’ S waslet weħidha u minuri fit-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, it-tieni nett, li hija oriġinarjament mill-Istat tal-Eritrea, u, it-tielet nett, meta hija tibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja dan ikun jippermetti lill-familja kollha li tirrikostruwixxi ruħha. Dan jiffavorixxi d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tal-membri kollha tagħha, u dan irrispettivament mill-fatt li, fil-jum li fih l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja, il-persuna kkonċernata, li waslet minuri mhux akkumpanjata fit-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, għalqet l-età maġġuri u ma tistax tibqa’ titqies bħala tifla, fis-sens strett. |
41. |
Għal dak il-għan, il-possibbiltà li jiġi ammess il-benefiċċju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja lil persuna, bħal bint ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li waslet minuri u mhux akkumpanjata fit-territorju ta’ Stat Membru, imma li kisbet l-istatus ta’ refuġjat ladarba għalqet l-età maġġuri u għalhekk ma setgħetx titlob il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ħlief wara dak l-avveniment, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2003/86, ma tidhirx li tmur lil hinn mill-għanijiet stabbiliti għall-Istati Membri. |
42. |
Barra minn hekk, kif isostnu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja kif previst bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(3) ta’ din id-direttiva ma jistax jiddependi fuq il-ħeffa li biha s-servizzi tal-amministrazzjoni ta’ Stat Membru jistgħu jipproċessaw il-fajls ta’ applikazzjoni għall-ażil, u dan iktar u iktar meta l-persuni kkonċernati jagħlqu, fi ftit xhur, l-età maġġuri u minkejja li l-Istati Membri huma regolarment imsejħa mill-istituzzjonijiet biex jipproċessaw bi prijorità l-applikazzjonijiet għall-ażil tal-minuri mhux akkumpanjati sabiex iqisu l-vulnerabbiltà partikolari tagħhom, li jistħoqqilha protezzjoni speċifika ( 13 ). |
43. |
Fil-kawża prinċipali, il-persuna kkonċernata damet tmien xhur sabiex tikseb l-istatus ta’ refuġjat wara l-wasla tagħha fit-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Għalhekk il-fatti ta’ din il-kawża jaqgħu, b’mod ordinarju, fil-perijodi tas-soltu għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-ażil, għalkemm l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2005/85/KE ( 14 ), applikabbli fiż-żmien tal-fatti, kien jistabbilixxi li l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-ażil għandu jsir fl-iqsar żmien possibbli, madwar sitt xhur, kif issostni l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha. |
44. |
Barra minn hekk, nosserva, f’dan ir-rigward, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li għandha tingħata prijorità għal interpretazzjoni li tiżgura li s-suċċess tal-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja jiddependi prinċipalment fuq ċirkustanzi attribwibbli lill-applikant u mhux lill-amministrazzjoni bħalma huwa ż-żmien għall-ipproċessar tal-applikazzjoni ( 15 ). |
45. |
Dawn l-elementi jiffavorixxu interpretazzjoni usa’ tad-dispożizzjonijiet ikkombinati tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2, u tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/86 fid-dawl taż-żmien ordinarju ta’ pproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ażil u l-possibbiltà għall-awtoritjajiet li jagħtu prijorità lill-ipproċessar ta’ ċerti fajls ta’ applikanti għall-ażil, b’mod partikolari meta dawn ikunu qrib l-età maġġuri. |
46. |
Barra minn hekk, in-natura ta’ rikonoxximent tal-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jimplika li l-Istati Membri ma jistgħux ifittxu li jeħilsu mill-obbligi tagħhom jew li jevitawhom billi jiżvujtaw mis-sustanza tagħhom ir-regoli dwar is-sistema komuni Ewropea tal-ażil, billi jirrifjutaw li jipproċessaw b’mod diliġenti l-applikazzjonijiet għall-ażil ta’ minuri li ma jkunux akkumpanjati fit-territorju tagħhom, għall-iskop mhux dikjarat li ma jiġix implementat id-dritt preferenzjali għar-riunifikazzjoni tal-familja li għandhom il-minuri refuġjati mhux akkumpanjati. Għandha tiġi prekluża l-applikazzjoni stretta ta’ dawn l-istandards li jkollha bħala effett li tiddiswadi lill-applikanti għall-ażil u tkompli żżid l-ostakli li dawn il-persuni u l-familji tagħhom diġà jaffaċċjaw ( 16 ). |
47. |
Madankollu, ma hijiex kwistjoni hawnhekk li tinħoloq każistika li għandha l-għan li tiddetermina li, għal ċertu perijodu, id-dritt preferenzjali tal-minuri biex jiksbu r-riunifikazzjoni tal-familja għandu jinżamm anki meta dawn tal-aħħar jilħqu l-età maġġuri. Ma hijiex kwistjoni ta’ ċaħda tal-effetti legali marbuta mal-kisba tal-età maġġuri. Madankollu, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, huwa possibbli li refuġjati adulti żgħar ħafna jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet protettivi tad-Direttiva 2003/86 fid-dawl tas-sekwenza tal-proċeduri, tan-natura ta’ qrubija għall-ksib tal-età maġġuri u tal-opportunità li ssir possibbli r-riunifikazzjoni tal-familja. |
48. |
Fil-fatt, għandu jiġi kkunsidrat li, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ u, għal darba oħra, fid-dawl tan-natura dikjaratorja u retroattiva tal-għoti tal-istatus ta’ refuġjat, li jagħmilha possibbli li tiġi ppreżentata applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, il-fatt li jiġi aċċettat id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, għal persuna li tkun applikat għall-ażil meta kienet minuri, ma jikkostitwixxix interpretazzjoni estensiva wisq tad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-direttiva. |
49. |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma ssegwix dik il-proposta, ikun neeċessarju li jiġi mfakkar, sussidjarjament, li, fid-dawl tal-premessi 8 u 10 ta’ dik id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lir-refuġjati kundizzjonijiet iktar favorevoli għar-riunifikazzjoni tal-familja u jistgħu jippermettu r-riunifikazzjoni tal-familja tal-axxendenti. Fil-fatt, il-kisba tal-età maġġuri għandha biss bħala effett li ttemm id-dritt preferenzjali u r-regoli iktar favorevoli disponibbli għall-persuna kkonċernata meta kienet minuri fir-rigward tad-dritt tagħha għar-riunifikazzjoni tal-familja. |
50. |
Ta’ min jinnota wkoll it-testi tal-Unjoni u t-testi l-oħra tad-dritt internazzjonali li jipprovdu li l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja ppreżentati mill-persuni li jgawdu mill-istatus ta’ refuġjat għandhom jiġu eżaminati mill-Istati b’diliġenza u b’attitudni favorevoli partikolari ( 17 ). |
51. |
F’dan ir-rigward, anki kieku f’din il-kawża bint A u S ma ġietx ikkunsidrata bħala minuri mhux akkumpanjat, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/86 ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jipprekludulha l-possibbiltà li tagħti l-benefiċċju tar-riunifikazzjoni tal-familja lill-axxendenti tagħha, u dan skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2)(a) ta’ dik id-Direttiva, li jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-dħul u r-residenza bis-saħħa tar-riunifikazzjoni tal-familja, tal-axxendenti f’linja diretta fl-ewwel grad tal-isponsor, meta huma dipendenti fuqha u huma mċaħħdin mill-appoġġ tal-familja meħtieġ fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. |
52. |
F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, minn naħa, jekk id-dritt nazzjonali jipprevedix il-possibbiltà li tintlaqa’ applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja għall-axxendenti ta’ refuġjat u, min-naħa l-oħra, jekk il-każ ineżami jissodisfax il-kundizzjonijiet għaliha. |
53. |
Madankollu, l-applikazzjoni ta’ interpretazzjoni bħal dik għal din il-kawża tkun tfisser l-evalwazzjoni ta’ jekk persuna li tkun għalqet reċentement l-età maġġuri, hijiex kapaċi tieħu ħsieb, weħidha, l-bżonnijiet ta’ familja sħiħa. |
54. |
Fil-fehma tiegħi, hemm bżonn li tiġi żgurata l-iktar protezzjoni wiesgħa sabiex tiġi indirizzata, sa fejn hu possibbli, il-vulnerabbiltà partikolari li jkunu jinsabu fiha minuri mhux akkumpanjati li jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll adulti żgħar, li għandhom l-istatus ta’ refuġjat ( 18 ) u li l-maturità tagħhom għad trid tiġi evalwata, mingħajr ma dan jipperikola l-għanijiet stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni fir-rigward tal-limitazzjoni tal-flussi migratorji. |
55. |
Fil-fatt, infakkar li r-riunifikazzjoni tal-familja tirrappreżenta l-prinċipju ( 19 ) u li l-eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Barra minn hekk, ngħid li l-ammissjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja permezz tal-isponsor li jkun il-wild ma tikkostitwixxix perikolu partikolari għall-politiki nazzjonali, peress li l-ġenituri huma stess jistgħu jitolbu r-riunifikazzjoni tal-familja għal uliedhom, meta dawn it-tfal ikunu minuri u dipendenti. |
56. |
Dan ifisser li l-elementi ta’ dipendenza u r-rabtiet, emozzjonali u materjali, f’dan it-tip ta’ riunifikazzjoni tal-familja għandhom jiġu evalwati. Għaldaqstant, ma jistax jiġi aċċettat, speċjalment fis-soċjetajiet kontemporanji tagħna, li r-rabta ta’ dipendenza li teżisti bejn il-ġenituri u l-ulied tieqaf immedjatament mid-data li fiha l-wild jagħlaq l-età maġġuri u li dan ma jistax b’hekk jibqa’ kkunsidrat bħala wild minuri. |
57. |
Barra minn hekk, id-Direttiva 2003/86 għandha l-għan li tindirizza l-vulnerabbiltà tal-persuni kkonċernati. Li tiċħad il-vulnerabbiltà ta’ persuni li jaslu minuri mill-Istat tal-Eritrea fit-territorju tal-Istati Membri u li jiksbu l-istatus ta’ refuġjat, anki jekk dawn għalqu l-età maġġuri fil-frattemp, ikun kuntrarju għall-għanijiet li jrid jilħaq il-leġiżlatur tal-Unjoni. |
58. |
Jirriżulta minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq li għandu jiġi kkunsidrat bħala minuri mhux akkumpanjat, fis-sens tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat taħt it-18-il sena, li jidħol fit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jkun akkumpanjat minn adult li jkun responsabbli għalih jew skont il-liġi jew b’użanza, li japplika għall-ażil u mbagħad jagħlaq l-età maġġuri qabel ma jingħata l-ażil, b’effett retroattiv sad-data tal-applikazzjoni, u, fl-aħħar nett, jitlob il-benefiċċju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mogħti lir-refuġjati minuri mhux akkumpanjati bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(3) ta’ dik id-direttiva. |
59. |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma ssegwix din l-interpretazzjoni, ikun il-każ li wieħed jistaqsi dwar l-għażliet magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni meta adotta d-Direttiva 2003/86, mingħajr ma jgħid xejn espressament dwar id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-istatus ta’ minuri mhux akkumpanjat, skont it-tifsira tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 ta’ dik id-direttiva. Meta għamel hekk, il-leġiżlatur jew għażel armonizzazzjoni totali, u ma ħalla l-ebda marġni ta’ manuvra għall-Istati Membri, jekk inkella għażel marġni diskrezzjonali wiesa’ ħafna lil dawk l-Istati li jistgħu jiddeterminaw, b’osservanza, madankollu, tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, l-iktar mument xieraq biex jiġi evalwat id-dritt ta’ persuna li tibbenefika mid-dispożizzjonijiet dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, skont l-Artikolu 10(3) ta’ dik id-direttiva. |
60. |
F’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni, hawnhekk ninsabu fil-kuntest ta’ dispożizzjonijiet mhux fakultattivi, imma tabilħaqq obbligatorji, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86. Quddiem refuġjat minuri u mhux akkumpanjat, l-Istati Membri “għand[hom] jawtorizza[w]” id-dħul u r-residenza għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja tal-axxendenti diretti tiegħu. Din id-dispożizzjoni hija abbozzata f’forma mandatorja u timponi obbligi pożittivi preċiżi fuq l-Istati Membri. Għalhekk l-Istati Membri ma għandhom l-ebda marġini ta’ diskrezzjoni u, kieku jeżisti, ma jistax jintuża b’tali mod li jimmina l-għan ta’ dik id-direttiva, li huwa li tippromwovi r-riunifikazzjoni tal-familja ( 20 ). |
61. |
Fil-fatt ir-refuġjati minuri mhux akkumpanjati għandhom dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-axxendenti diretti tagħhom fl-ewwel grad. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja barra minn hekk iddeċidiet li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86 jimponi fuq l-Istati Membri obbligi pożittivi preċiżi, li għalihom jikkorrispondu drittijiet suġġettivi ddefiniti b’mod ċar, għaliex jimponilhom, fl-ipoteżijiet iddeterminati minn din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċerti membri tal-familja tal-isponsor mingħajr ma jkunu jistgħu jeżerċitaw il-marġni diskrezzjonali tagħhom ( 21 ). |
62. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li għalkemm l-Istati Membri għandhom, madankollu, ċertu marġni ta’ diskrezzjoni, skont id-Direttiva 2003/86, biex jagħmlu kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, dik il-possibbiltà kellha tkun interpretata b’mod strett, billi l-awtorizzazzjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja hija r-regola ( 22 ). |
63. |
Għaldaqstant, is-silenzju li żamm il-leġiżlatur tal-Unjoni dwar id-data li tippermetti l-evalwazzjoni tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, meta l-persuna li tapplika għaliha tkun minuri mhux akkumpanjat u l-persuni li jakkumpanjawh huma l-axxendenti tiegħu, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jagħti lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni fl-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex jibbenefikaw minn din il-protezzjoni ta’ prinċipju u minn dak id-dritt preferenzjali. Huwa biss jekk il-persuna kkonċernata ma tibqax titqies bħala minuri mhux akkumpanjat li l-Istati Membri għandhom marġni diskrezzjonali biex jippermettu r-riunifikazzjoni tal-familja. |
64. |
Għal dak il-għan, l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandha tiġi eskluża sabiex tingħata risposta għad-domanda preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, kif jiena qed nipproponilha, li l-persuna li tkun waslet minuri fit-territorju ta’ Stat Membru u li tikseb l-istatus ta’ refuġjat biss meta tagħlaq l-età maġġuri għandha xorta waħda titqies bħala minuri mhux akkumpanjat fit-tifsira tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86 u tista’ għalhekk tinvoka d-dritt preferenzjali għar-riunifikazzjoni tal-familja previst fl-Artikolu 10(3) ta’ dik id-direttiva. |
65. |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma ssegwinix dwar in-natura obbligatorja tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali u dwar il-possibbiltà li tikkunsidra l-persuna kkonċernata bħala minuri mhux akkumpanjat, allura jkun hemm lok li jiġi ddikjarat li qari tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86, li jimplika li d-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant għandux dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja tkun dik tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni, ma jissodisfax ir-rekwiżit tal-effettività. Fil-fatt, qari bħal dak ifixkel il-kapaċità tal-persuni li jibbenefikaw mir-riunifikazzjoni tal-familja, billi, kif intqal, l-għan ta’ din id-direttiva huwa preċiżament li jippromwovi l-protezzjoni tal-familja, b’mod partikolari billi tirrikonoxxi dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja għar-refuġjati ( 23 ). |
66. |
Jirriżulta minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq li qed jiġi propost li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li jista’ jitqies bħala minuri mhux akkumpanjat, fis-sens tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/86, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat taħt l-età ta’ 18-il sena, li jidħol fit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jkun akkumpanjat minn adult li huwa responsabbli għalih skont il-liġi jew b’użanza, li japplika għall-ażil u mbagħad jagħlaq l-età maġġuri qabel ma jingħata l-ażil, b’effett retroattiv sad-data tal-applikazzjoni u, fl-aħħar nett, jitlob id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mogħti lir-refuġjati minuri mhux akkumpanjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(3) ta’ dik id-direttiva. |
V. Konklużjoni
67. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domanda magħmula mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (qorti ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), kif ġej: Jista’ jitqies bħala minuri mhux akkumpanjat, fis-sens tal-parti inizjali u tal-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat taħt l-età ta’ 18-il sena, li jidħol fit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jkun akkumpanjat minn adult li huwa responsabbli għalih skont il-liġi jew b’użanza, li japplika għall-ażil u mbagħad jagħlaq l-età maġġuri qabel ma jingħata l-ażil, b’effett retroattiv sad-data tal-applikazzjoni u, fl-aħħar nett, jitlob id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mogħti lir-refuġjati minuri mhux akkumpanjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(3) ta’ dik id-Direttiva. |
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).
( 3 ) Iktar ’il quddiem il-“Karta”.
( 4 ) Ara s-sentenzi Nru 201501042/1/V1 u Nru 201502485/1/V1. Il-qorti tar-rinviju ġġib quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja interpretazzjoni li normalment għandha tosserva, minkejja li din ma temanax mill-interpretu awtentiku tar-regoli tal-Unjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Ir-Raad van State (kunsill tal-istat) interpreta b’mod żbaljat, skont il-qorti tar-rinviju, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/86 meta dawn ma kellhomx tifsira ċara u kellhom jagħtu lok għal interpretazzjoni awtentika mill-Qorti tal-Ġustizzja. Mingħajr ma nidħlu f’polemika, xorta waħda għandu jiġi nnotat li jista’ jkun hemm fin-nofs kontroversja ġurisprudenzjali f’din il-kawża, għallinqas fil-livell domestiku.
( 5 ) Ara, a contrario, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża Noorzia (C‑338/13, EU:C:2014:288, punti 34 sa 36).
( 6 ) Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda O et (C‑356/11 u C‑357/11, EU:C:2012:595, punt 56).
( 7 ) Ara, b’analoġija, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża Noorzia (C‑338/13, EU:C:2014:288, punti 34 u 36).
( 8 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2010, Chakroun (C‑578/08, EU:C:2010:117, punti 43 u 44), kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda O et (C‑356/11 u C‑357/11, EU:C:2012:595, punt 63).
( 9 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda O et (C‑356/11 u C‑357/11, EU:C:2012:595, punti 77 u 78 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), u s-sentenza tas-6 ta’ Diċembru 2012, O et (C‑356/11 u C‑357/11, EU:C:2012:776, punt 76).
( 10 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda O et (C‑356/11 u C‑357/11, EU:C:2012:595, punt 73), kif ukoll il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tas-6 ta’ Lulju 2010, Neulinger u Shuruk vs L-Isvizzera (CE:ECHR:2010:0706JUD004161507, § 136 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 11 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda O et (C‑356/11 u C‑357/11, EU:C:2012:595, punt 74), kif ukoll tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-21 ta’ Diċembru 2001, Sen vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (CE:ECHR:2001:1221JUD003146596, § 37), u tal-31 ta’ Jannar 2006, Rodrigues da Silva u Hoogkamer vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (CE:ECHR:2006:0131JUD005043599, § 39). Ara, ukoll, is-sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2006, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑540/03, EU:C:2006:429, punt 56).
( 12 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-6 ta’ Diċembru 2012, O et (C‑356/11 u C‑357/11, EU:C:2012:776, punt 81).
( 13 ) Ara d-dikjarazzjoni ta’ Frans Timmermans, l-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta’ Novembru 2016, li appella lill-Istati Membri biex iħaffu r-reġistrazzjoni tal-minuri mhux akkumpanjati u biex jitjieb il-ħarsien tagħhom.
( 14 ) Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, tad-29.6.2006, p. 168).
( 15 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tas-17 ta’ Lulju 2014, Noorzia (C‑338/13, EU:C:2014:2092, punt 17).
( 16 ) Ara, b’analoġija, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Danqua (C‑429/15, EU:C:2016:485, punti 75 sa 79). Ara, ukoll, f’dan is-sens, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-10 ta’ Lulju 2014, Tanda-Muzinga vs Franza, (CE:ECHR:2014:0710JUD000226010, § 75 u 76).
( 17 ) Ara s-sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2006, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑540/03, EU:C:2006:429, punt 57) li fakkret li l‑Artikolu 9(1) tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-riżoluzzjoni 44/25 tagħha, tal-20 ta’ Novembru 1989, u li daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Settembru 1990, tistabbilixxi li l-Istati kontraenti għandhom jiżguraw li l-wild ma jkunx separat mill-ġenituri tiegħu kontra r-rieda tagħhom u li, skont l-Artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni, jirriżulta minn dan l-obbligu li kwalunkwe talba magħmula minn wild jew mill-ġenituri tiegħu sabiex jidħol jew jitlaq minn Stat kontraenti għal skopijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja għandu jitqies mill-Istati kontraenti bi spirtu pożittiv, b’umanità u diliġenza. Ara, ukoll, l-Artikolu 22 ta’ dik il-konvenzjoni, li jikkristallizza d-dritt li kull wild jgħix mal-ġenituri tiegħu. Ara, ukoll, l-Att Finali tal-Konferenza Plenipotenzjarja tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tar-Refuġjati u tal-Persuni mingħajr Stat, tal-25 ta’ Lulju 1951, kif ukoll il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-10 ta’ Lulju 2014, Tanda-Muzinga vs Franza (CE:ECHR:2014:0710JUD000226010, § 44 u 45 kif ukoll § 48 u 49, li jirreferu wkoll għar-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa Nru R (99) 23 dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja għar-refuġjati u persuni oħra li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, adottata fil-15 ta’ Diċembru 1999, kif ukoll il-Memorandum tal-20 ta’ Novembru 2008, ta’ Thomas Hammarberg, Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, wara ż-żjara tiegħu fi Franza mill-21 sat-23 ta’ Mejju 2008).
( 18 ) Fil-ħames u s-sitt rapporti ta’ attività ġenerali tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kunsill tal-Ewropa kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (li jkopri l-perijodi mill-1 ta’ Ottubru 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016, disponibbli fl-indirizzi tal-Internet li ġejjin: https://rm.coe.int/168063093d u https://rm.coe.int/1680706a43), huwa jirrakkomanda li tingħata protezzjoni speċifika għat-tfal u għall-adolexxenti migranti jew li jitolbu l-ażil minħabba r-riskju tat-traffikar tal-bnedmin li huma esposti għalih. Madankollu, din il-protezzjoni estiża għandha tinftiehem li tfisser kull riskju mġarrab mill-minuri u adulti żgħar li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri. B’mod iktar speċifiku, fid-dikjarazzjoni tiegħu tat-28 ta’ Lulju 2017, dan il-grupp ta’ esperti, fl-okkażjoni tar-Raba’ Jum Dinji għad-Dinjità tal-Vittmi tat-Traffikar tal-Bniedem, disponibbli fl-indirizz tal-Internet li ġej: http://www.coe.int/fr/web/portal/news-2017/-/asset_publisher/StEVosr24HJ2/content/states-must-act-urgently-to-protect-refugee-children-from-trafficking?inheritRedirect=false&redirect=http%3A%2F%2Fwww.coe.int%2Ffr%2Fweb%2Fportal%2Fnews-2017%3Fp_p_id%3D101_INSTANCE_StEVosr24HJ2%26p_p_lifecycle%3D0%26p_p_state%3Dnormal%26p_p_mode%3Dview%26p_p_col_id%3Dcolumn-4%26p_p_col_count%3D1, poġġa fid-dubju b’mod partikolari ir-restrizzjonijiet li għamlu diversi Stati Membri fuq ir-riunifikazzjoni tal-familja.
( 19 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2010, Chakroun (C‑578/08, EU:C:2010:117, punt 43), u l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda O et (C‑356/11 u C‑357/11, EU:C:2012:595, punt 59).
( 20 ) Ara, b’analoġija, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża Noorzia (C‑338/13, EU:C:2014:288, punti 25 u 61).
( 21 ) Ara s-sentenzi tas-27 ta’ Ġunju 2006, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑540/03, EU:C:2006:429, punt 60), u tal-4 ta’ Marzu 2010, Chakroun (C‑578/08, EU:C:2010:117, punt 41). Ara, ukoll, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża Noorzia (C‑338/13, EU:C:2014:288, punt 23).
( 22 ) Ara s-sentenzi tal-4 ta’ Marzu 2010, Chakroun (C‑578/08, EU:C:2010:117, punt 43), u tas-6 ta’ Diċembru 2012, O et (C‑356/11 u C‑357/11, EU:C:2012:776, punt 74), kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża Noorzia (C‑338/13, EU:C:2014:288, punt 24).
( 23 ) Ara s-sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2006, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑540/03, EU:C:2006:429, punt 88) fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tfakkar li għalkemm l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni, skont ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/86, jibqgħu meħtieġa li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja fl-interess tat-tfal u sabiex jippromwovu l-ħajja tal-familja.