Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0519

Kawża C-519/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra – il-Portugall) – Superfoz – Supermercados Lda vs Fazenda Pública (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Regolament (KE) Nru 882/2004 — Kontrolli uffiċjali tal-għalf għall-annimali u tal-prodotti tal-ikel — Finanzjament tal-kontrolli uffiċjali — Artikoli 26 u 27 — Tassazzjoni ġenerali — Tariffi jew taxxi — Taxxa fuq l-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel)

OJ C 309, 18.9.2017, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra – il-Portugall) – Superfoz – Supermercados Lda vs Fazenda Pública

(Kawża C-519/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (KE) Nru 882/2004 - Kontrolli uffiċjali tal-għalf għall-annimali u tal-prodotti tal-ikel - Finanzjament tal-kontrolli uffiċjali - Artikoli 26 u 27 - Tassazzjoni ġenerali - Tariffi jew taxxi - Taxxa fuq l-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel))

(2017/C 309/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portuġiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Superfoz – Supermercados Lda

Konvenut: Fazenda Pública

Dispożittiv

L-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux l-impożizzjoni ta’ taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, biss fuq stabbilimenti ta’ kummerċ bl-imnut tal-ikel, mingħajr li d-dħul ta’ din it-taxxa jservi sabiex jiffinanzja speċifikament il-kontrolli uffiċjali li tagħhom dawn il-persuni taxxabbli huma l-kawża jew il-benefiċjarji.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017


Top