EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0550

Kawża T-550/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

OJ C 389, 23.11.2015, p. 60–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/60


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-550/15)

(2015/C 389/69)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4076 (1), sa fejn hija eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 8 2 60  006,65relatat mal-ispejjeż iddikjarati mir-Repubblika Portugiża taħt Għajnuna Diretta Oħra – Nagħaġ u Mogħoż, għas-snin 2010, 2011 u 2012,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

A –

Fir-rigward tas-snin 2009 u 2010 – Verifiki matul il-perijodu ta’ żamma,

1)

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament Nru 796/2004 (2), fir-rigward tal-kunċett ta’ verifiki li għandhom jinżammu “matul il-perijodu ta’ żamma”;

2)

Ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività minħabba l-applikazzjoni retroattiva indebita mill-Kummissjoni tal-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1368/2011 (3), sa fejn huwa biss bl-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 1122/2009 (4) li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bdiet tipprevedi verifiki “mifruxa matul il-perjodu kollu taż-żamma”;

3)

Ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, sa fejn dawn il-prinċipji jirrikjedu li kwalunkwe att tal-istituzzjonijiet li jipproduċi effetti legali għandu jkun ċar u preċiż biżżejjed, u nnotifikat lill-partijiet ikkonċernati b’tali mod li huma jkunu jistgħu jsiru jafu, b’ċertezza, il-mument li minnu l-imsemmi att jeżisti u jibda jipproduċi l-effetti legali tiegħu;

4)

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, ġaladarba l-linji gwida għall-applikazzjoni tal-Artikolu 34(2), jekk jeżistu, għandhom ikunu bil-miktub u fin-nuqqas ta’ dan jitqiegħed inkwistjoni l-prinċipju ta’ ugwaljanza, peress li ma jiġix żgurat li l-miżuri jittieħdu b’mod uniformi, mill-Istati Membri kollha, billi jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza;

5)

Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikolu 5 TUE, sa fejn il-verifiki fuq il-post imwettqa mill-awtoritajiet Portugiżi jilħqu eżattament l-għan previst fir-regoli inkwistjoni, irrispettivament minn jekk dawn jitwettqu fil-bidu, bħal ma tippretendi l-Kummissjoni, jew fin-nofs, jew iktar lejn it-tmiem, ġaladarba jitwettqu matul il-perijodu ta’ żamma, għall-għarrieda u b’mod imprevedibbli.

B –

Fir-rigward tas-sena 2011 – Rekwiżiti regolamentari ġodda ta’ identifikazzjoni elettronika

1)

Ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 885/06 (5), sa fejn id-deċiżjoni ma hijiex debitament immotivata, fejn tiżvela motivazzjoni ineżatta u, bħala tali, tikser il-ħsieb wara u l-għan tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006;

2)

Ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 (6) u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ġaladarba, fil-każ inkwistjoni ma ġewx osservati l-erba’ rekwiżiti msemmija fil-linji gwida tal-Kummissjoni kkomunikati dwar din il-materja u sa fejn għandha tiġi sodisfatta l-komunikazzjoni, kumulattiva, ta’ dawn l-erba’ rekwiżiti.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 182, p. 39).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1368/2011, tal-21 ta’ Diċembru 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1121/2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu, u r-Regolament (KE) Nru 1122/2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ [dirett] għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 341, p. 33).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, p. 65).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 322M, p. 162).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, p. 1).


Top