Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0668

    Kawża T-668/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2017 – Jema Energy vs Enterprise commune Fusion for Energy (“Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ sistema ta’ konverżjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ netwerk aċċellerat — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Trasparenza — Ċertezza legali — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità”)

    ĠU C 5, 8.1.2018, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 5/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2017 – Jema Energy vs Enterprise commune Fusion for Energy

    (Kawża T-668/15) (1)

    ((“Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ sistema ta’ konverżjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ netwerk aċċellerat - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Trasparenza - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità”))

    (2018/C 005/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Jema Energy, SA (Lasarte-Oria, Spanja) (rappreżentant: N. Rey Rey, avukat)

    Konvenut: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: R. Hanak, G. Poszler u S. Bernal Blanco, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża b’mod partikolari għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni tal-21 ta’ Settembru 2015, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti F4E-OPE-278, li tiċħad l-offerta tar-rikorrent għal-lot Nru 1 li jikkonċerna sistema ta’ konverżjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ netwerk aċċellerat (AGPS-CS).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Jema Energy, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


    Top