Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0635

Kawża T-635/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Tuum vs EUIPO – Thun (TUUM) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TUUM — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti THUN — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

OJ C 22, 23.1.2017, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Tuum vs EUIPO – Thun (TUUM)

(Kawża T-635/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TUUM - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti THUN - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tuum Srl (San Giustino, l-Italja) (rappreżentant: B. Saguatti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thun SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Sergi u G. Muscas, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2624/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Thun u Tuum.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2624/2014-1) hija annullata.

2)

L-oppożizzjoni hija miċħuda.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Tuum Srl, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali u kemm quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

Thun SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Tuum, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali u kemm quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016


Top