EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0565

Kawża T-565/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2016 – Excalibur City vs EUIPO – Ferrero (MERLIN’S KINDERWELT) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MERLIN’S KINDERWELT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KINDER — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

OJ C 402, 31.10.2016, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2016 – Excalibur City vs EUIPO – Ferrero (MERLIN’S KINDERWELT)

(Kawża T-565/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MERLIN’S KINDERWELT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KINDER - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 402/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Excalibur City s.r.o. (Znojmo, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: E. Engin-Deniz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simandlova u A. Folliard Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ghedina u F. Jacobacci, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1538/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero u Excalibur City.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1538/2014-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawn esposti minn Excalibur City s.r.o.

3)

Ferrero SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015


Top