EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0402

Kawża T-402/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Rifjut li tiġi kkonfermata kontribuzzjoni finanzjarja għal proġett kbir — Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ proġett kbir għat-twettiq tal-għanijiet tal-programm operazzjonali — Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 — Skadenza tat-terminu)

OJ C 142, 23.4.2018, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/15) (1)

((FEŻR - Rifjut li tiġi kkonfermata kontribuzzjoni finanzjarja għal proġett kbir - Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ proġett kbir għat-twettiq tal-għanijiet tal-programm operazzjonali - Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 - Skadenza tat-terminu))

(2018/C 142/53)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u M. Siekierzyńska, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3228 finali, tal-11 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta l-konferma lir-Repubblika tal-Polonja ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew għal żvilupp reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir “Ċentru Ewropew ta’ servizzi komuni – Sistemi loġistiċi intelliġenti” fil-kuntest tal-assi prijoritarju Nru 4 tal-programm operazzjonali “Ekonomija innovanti”,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 21.09.2015.


Top