Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0283

Kawża T-283/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2018 – Esso Raffinage vs ECHA (“REACH — Valutazzjoni tal-fajls — Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet — Verifika tal-informazzjoni ppreżentata u segwitu tal-valutazzjoni tal-fajls — Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Inċidenza diretta u individwali — Ammissibbiltà — Bażi legali — Artikoli 41, 42 u 126 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006”)

OJ C 231, 2.7.2018, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806150821955332018/C 231/232832015TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180508202121

Kawża T-283/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2018 – Esso Raffinage vs ECHA (“REACH — Valutazzjoni tal-fajls — Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet — Verifika tal-informazzjoni ppreżentata u segwitu tal-valutazzjoni tal-fajls — Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Inċidenza diretta u individwali — Ammissibbiltà — Bażi legali — Artikoli 41, 42 u 126 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006”)

Top

C2312018MT2010120180508MT0023201212

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2018 – Esso Raffinage vs ECHA

(Kawża T-283/15) ( 1 )

“(“REACH — Valutazzjoni tal-fajls — Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet — Verifika tal-informazzjoni ppreżentata u segwitu tal-valutazzjoni tal-fajls — Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Inċidenza diretta u individwali — Ammissibbiltà — Bażi legali — Artikoli 41, 42 u 126 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006”)”

2018/C 231/23Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Esso Raffinage (Courbevoie, Franza) (rappreżentant: M. Navin-Jones, solicitor)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: C. Jacquet, C. Schultheiss, W. Broere u M. Heikkilä, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Traband, aġenti) u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. de Ree, M. Bulterman u M. Noort, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-ECHA tal-1 ta’ April 2015 indirizzata lill-ministère de l’Écologie, du Développement durable, des Transports et du Logement français (il-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli, tat-Trasport u tad-Djar Franċiż) u intitolata “Dikjarazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Konformità Sussegwentement għal Deċiżjoni ta’ Valutazzjoni tal-Fajls skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006”.

Dispożittiv

1)

L-ittra tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) tal-1 ta’ April 2015, indirizzata lill-ministère de l’Écologie, du Développement durable, des Transports et du Logement français (il-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli, tat-Trasport u tad-Djar Franċiż) u intitolata “Dikjarazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Konformità Sussegwentement għal Deċiżjoni ta’ Valutazzjoni tal-Fajls skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006”, inkluż l-anness tagħha, hija annullata.

2)

Esso Raffinage u l-ECHA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


( 1 ) ĠU C 320, 28.9.2015.

Top