Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0129

Kawżi magħquda T-129/15 u T-130/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO (WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

OJ C 419, 14.11.2016, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO (WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY)

(Kawżi magħquda T-129/15 u T-130/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 419/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u F. Cecchi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Bullock u L. Rampini, sussegwentement minn L. Rampini, aġenti)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2015 (Każijiet, rispettivament, R 1857/2014-5 u R 1864/2014-5), dwar żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali verbali, rispettivament, WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Intesa Sanpaolo SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 2.7.2015.


Top