Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0076

Kawża T-76/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2018 – Kenup Foundation et vs EIT (“Riċerka u żvilupp teknoloġiku — EIT — Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 — Sejħa għal proposti għall-ħatra ta’ Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni — Ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti — Regolament (KE) Nru 294/2008 — Regolament (UE) Nru 1290/2013 — Delegazzjoni illegali ta’ kompetenzi”)

OJ C 72, 26.2.2018, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2018 – Kenup Foundation et vs EIT

(Kawża T-76/15) (1)

((“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - EIT - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 - Sejħa għal proposti għall-ħatra ta’ Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni - Ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti - Regolament (KE) Nru 294/2008 - Regolament (UE) Nru 1290/2013 - Delegazzjoni illegali ta’ kompetenzi”))

(2018/C 072/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenup Foundation (Kalkara, Malta), Candena GmbH (Lunebourg, il-Ġermanja), CO BIK Center odličnosti za biosenzoriko, instrumentacijo in procesno kontrolo (Ajdovščina, is-Slovenja), Evotec AG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Soltész, C. Wagner, H. Weiß u A. Richter, sussegwentement U. Soltész, H. Weiß u A. Richter, fl-aħħar nett U. Soltész u H. Weiß, avukati)

Konvenuta: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), (rappreżentanti: M. Kern, aġent, assistit minn P. de Bandt u M. Gherghinaru, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentant: E. Perici Calascione, avukat) u Stiftung Universität Lüneburg (rappreżentant: F. Oehl, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tad-9 ta’ Diċembru 2014, li s-sens tagħhom ġie kkomunikat b’ittra tal-10 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħhom l-EIT ħatar il-Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) “Innovazzjoni għal ħajja b’saħħitha u tixjiħ attiv” u ċaħad il-proposta magħmula mill-konsorzju Kenup.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tad-9 ta’ Diċembru 2014, li s-sens tagħhom ġie kkomunikat b’ittra tal-10 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħhom l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) ħatar il-Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) “Innovazzjoni għal ħajja b’saħħitha u tixjiħ attiv” u ċaħad il-proposta magħmula mill-konsorzju Kenup, huma annullati.

2)

L-EIT għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kenup Foundation, Candena GmbH, CO BIK Center odličnosti za biosenzoriko, instrumentacijo in procesno kontrolo u minn Evotec AG.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015.


Top