EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0071

Kawża T-71/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Jaguar Land Rover vs EUIPO – Nissan Jidosha (Land Glider) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Land Glider — Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti LAND ROVER — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

OJ C 104, 3.4.2017, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Jaguar Land Rover vs EUIPO – Nissan Jidosha (Land Glider)

(Kawża T-71/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Land Glider - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti LAND ROVER - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 104/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jaguar Land Rover Ltd (Coventry, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Ingerl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Garrido Otaola, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nissan Jidosha KK (Yokohama, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Franke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1415/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jaguar Land Rover u Nissan Jidosha.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1415/2013-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ Jaguar Land Rover Ltd.

3)

Nissan Jidosha KK għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


Top