EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0073

Kawża F-73/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Parlament

OJ C 245, 27.7.2015, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/50


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-73/15)

(2015/C 245/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax allowance ta’ kuljum lir-rikorrent wara t-trasferiment tiegħu mill-Kummissjoni, fejn kien mibgħut mad-delegazzjoni tal-UE fil-Yemen, għall-Parlament Ewropew, fi Brussell.

Talbiet

Jannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-8 ta’ Lulju 2014;

Sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2015;

Jordna lill-Parlament jagħti lir-rikorrent l-allowance ta’ kuljum, biż-żieda tal-interessi kkalkolati mid-dati meta dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


Top