EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0067

Kawża F-67/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – Opreana vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Membru tal-persunal temporanju li jokkupa mpjieg permanenti — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Stat ta’ tqala — Att li jikkawża preġudizzju — Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju — Dritt għal smigħ — Dmir ta’ premura)

OJ C 364, 3.10.2016, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – Opreana vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-67/15) (1)

((Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Membru tal-persunal temporanju li jokkupa mpjieg permanenti - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Stat ta’ tqala - Att li jikkawża preġudizzju - Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju - Dritt għal smigħ - Dmir ta’ premura))

(2016/C 364/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Luisa Opreana (Arlon, il-Belġju) (rappreżentant: inizjalment A. Salerno, avukat, sussegwentement A. Salerno u P. Singer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma testendix it-tul tal-kuntratt tar-rikorrenti lil hinn mill-iskadenza tiegħu meta hija kienet se tasal għat-tmiem tat-tqala tagħha.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ L. Opreana li skada fil-31 ta’ Awwissu 2014 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn L. Opreana.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2015, p. 50.


Top