Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0491

Kawża C-491/15 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru minn Rainer Typke mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-2 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-214/13, Rainer Typke vs Il-Kummissjoni Ewropea

OJ C 27, 25.1.2016, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/2


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru minn Rainer Typke mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-2 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-214/13, Rainer Typke vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-491/15 P)

(2016/C 027/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Rainer Typke (rappreżentant: C. Cortese, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-214/13, Typke vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tannulla d-deċiżjoni adottata mis-segretarju ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea fil-proċedura Gestdem 2012/3258

tikkudanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti fl-ewwel istanza u fit-tieni istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 u b’mod partikolari l-Artikoli 3(a) u 4(6), peress li hija bdiet mill-prinċipju li l-applikazzjoni tal-artikoli rilevanti għal databases relazzjonali normalizzati tirrikjedi distinzjoni bejn l-aċċess parzjali għad-dokumenti maħżuna f’database relazzjonali u s-sempliċi aċċess għall-informazzjoni inkluża f’din il-bażi. Din l-aħħar imsemmija forma ta’ aċċess ma hijiex koperta mid-dispożizzjonijiet tar-regolament dwar l-aċċess u dan jekwivali allegatament għall-ħolqien ta’ dokument ġdid. Il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari wetqet żball meta kkonkludiet essenzjalment li r-regolament Nru 1049/2001 kien jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu talba għal aċċess għal database relazzjonali li tirrikjedi l-formulazzjoni ta’ applikazzjoni SQL li ma kinixt intużat qabel mill-istituzzjoni li ssirilha t-talba “fuq bażi ftit jew wisq regolari għad-database inkwistjoni” u “ipprogrammata minn qabel” sa fejn din ma timplikax allegatament tfittixja mwettqa bl-użu ta’ għodod ta’ tiftix disponibbli għad-database inkwistjoni u b’hekk tkun timplika l-ħolqien ta’ dokument ġdid.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ddikjarat li t-talba tar-rikorrenti ma kinitx tagħmel riferiment għal dokument eżistenti u fi kwalunkwe każ ma kinitx koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001, u dan abbażi tal-preżunzjonijiet żbaljati li ġejjin:

ma huwiex possibbli għall-istituzzjoni li tilqa’ b’mod pożittiv it-talba għal aċċess peress li d-dokumenti eżistenti ma jistgħux jissodisfaw it-talba (sentenza tal-ewwel istanza, punt 73) jew peress li l-aċċess għal dawn id-dokumenti allegatament ma ntalabx mir-rikorrenti (sentenza tal-ewwel istanza, punt 67)

it-talba tar-rikorrent hija fformulata skont klassifikazzjoni mhux prevista mid-database rilevanti, b’mod partikolari, minħabba operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data li jkunu rikjesti (sentenza tal-ewwel istanza, punti 58, 66, 68; 62, 63)

dan jimplika l-ħolqien ta’ dokument ġdid li jinkludi informazzjoni f’format ġdid u skont kriterji ta’ selezzjoni speċifikati mir-rikorrenti (sentenza tal-ewwel istanza, punti 61 u 67).

Billi għamlet dawn id-dikjarazzjonijiet kollha kkritikati f’dan il-punt, il-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens tal-provi prodotti u li huma disponibbli għaliha. Dan jgħodd ukoll għad-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali li f’din il-kawża tapplika preżunzjoni ta’ legalità fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-istituzzjoni mitluba li d-dokumenti li ntalan l-aċċess għalihom ma jeżistux (sentenza tal-ewwel istanza, punt 66).


Top