EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0282

Kawża C-282/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Braunschweig (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – Queisser Pharma GmbH & Co. KG vs Bundesrepublik Deutschland

OJ C 294, 7.9.2015, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Braunschweig (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – Queisser Pharma GmbH & Co. KG vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-282/15)

(2015/C 294/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Braunschweig

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Queisser Pharma GmbH & Co. KG

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 34, 35 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu liġi nazzjonali li tipprojbixxi l-manifattura, l-ipproċessar jew it-tqegħid fis-suq ta’ supplimenti tal-ikel b’aċidu amminiku (hawnhekk, L-Histidin), sakemm ma tkunx ingħatat deroga limitata fiż-żmien mill-awtorità nazzjonali, li għandha diskrezzjoni f’dan ir-rigward, u biss jekk numru ta’ kundizzjonijiet fattwali oħra jiġu ssodisfatti?

2)

Mill-istruttura tal-Artikoli 14, 6, 7, 53 u 55 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, jirriżulta li projbizzjonijiet nazzjonali ta’ ċerti oġġetti tal-ikel jew ingredjenti tal-ikel jistgħu jiġu awtorizzati biss taħt il-kundizzjonijiet imsemmija hemmhekk, u dan jipprekludi liġi nazzjonali bħal dik deskritta fl-ewwel domanda preliminari?

3)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi liġi nazzjonali bħal dik deskritta fl-ewwel domanda preliminari?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463.

(2)  ĠU L 404, p. 26.


Top