EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0129

Kawża C-129/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Marzu 2015 – H. M. vs Agentsia za darzhavna finansova inspektsia (ADFI)

OJ C 171, 26.5.2015, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Marzu 2015 – H. M. vs Agentsia za darzhavna finansova inspektsia (ADFI)

(Kawża C-129/15)

(2015/C 171/27)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H. M.

Konvenuta: Agentsia za darzhavna finansova inspektsia (ADFI)

Domandi preliminari

1)

Organu, li jkun kumpannija kummerċjali, għandu jkun ikkunsidrat bħala organu rregolat mid-dritt pubbliku fis-sens tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) minħabba s-sempliċi fatt li iktar minn 30 % tad-dħul li jirriżulta mill-attività tiegħu għas-sena preċedenti ġej mit-twettiq ta’ attivitajiet mediċi mħallsa min-Natsionalna zdravno-osiguritelna kasa, f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva ma’ stabbilimenti oħra għall-kura tas-saħħa?

2)

Għandu jiġi kkunsidrat li l-provvista ta’ servizzi mediċi, f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva minn kumpanniji kummerċjali privati stabbiliti bi skop ta’ lukru, tista’ tiġi kkunsidrata bħala intiża sabiex “tissodisfa bżonn ta’ interess ġenerali” fis-sens tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE?

3)

L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-punt 21 tal-paragrafu 1 tad-dispożizzjonijiet komplementari tal-liġi [Bulgara] dwar il-kuntratti pubbliċi, li jistabbilixxi li huwa biżżejjed li jiġi ssodisfatt wieħed mill-kriterji li jikkorrispondu mal-kriterji kumulattivi stabbiliti mid-Direttiva sabiex organu jiġi kklassifikat bħala organu rregolat mid-dritt pubbliku?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


Top