EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0691

Kawża C-691/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Bilbaína de Alquitranes, SA et (Appell — Ambjent — Regolament (KE) Nru 1272/2008 — Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet — Regolament (UE) Nru 944/2013 — Klassifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja — Kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika (H410) — Obbligu ta’ diliġenza — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

OJ C 22, 22.1.2018, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Bilbaína de Alquitranes, SA et

(Kawża C-691/15 P) (1)

((Appell - Ambjent - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet - Regolament (UE) Nru 944/2013 - Klassifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja - Kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika (H410) - Obbligu ta’ diliġenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni))

(2018/C 022/06)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz u P.J. Loewenthal, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bilbaína de Alquitranes, SA, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Koppers Netherlands BV, Rütgers basic aromatics GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o., Bawtry Carbon International Ltd, Grupo Ferroatlántica, SA, SGL Carbon GmbH, SGL Carbon GmbH, SGL Carbon, SGL Carbon, SA, SGL Carbon Polska S.A., ThyssenKrupp Steel Europe AG, Tokai erftcarbon GmbH (rappreżentati: K. Van Maldegem, C. Mereu u M. Grunchard, avukati u P. Sellar, avukata); L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), (rappreżentati: N. Herbatschek, W. Broere u M. Heikkilä, aġenti), GrafTech Iberica, SL (rappreżentati: C. Mereu, K. Van Maldegem u M. Grunchard, avukati u P. Sellar, avukata)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentati: C. Thorning u M. N. Lyshøj, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentati: T. Henze, J. Möller u R. Kanitz, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentati:: M. Bulterman, C. S. Schillemans u J. Langer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż proprji tagħha, dawk sostnuti minn Bilbaína de Alquitranes SA, Deza a.s., Industrial Química del Nalón SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Koppers Netherlands BV, Rütgers basic aromatics GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland sp. z o.o., Bawtry Carbon International Ltd, Grupo Ferroatlántica SA, SGL Carbon GmbH (il-Ġermanja), SGL Carbon GmbH (l-Awstrija), SGL Carbon, SGL Carbon SA, SGL Carbon Polska S.A., ThyssenKrupp Steel Europe AG u Tokai erftcarbon GmbH, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji li wasslet għad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Lulju 2016, Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes et (C-691/15 P-R, mhux ippubblikat, EU:C:2016:597).

3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

4)

GrafTech Iberica SL u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 106, 21.03.2016.


Top