Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0467

Kawża C-467/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana lill-produtturi tal-ħalib — Skema ta’ għajnuna marbuta mar-rimbors tat-taxxa fuq il-ħalib — Deċiżjoni kundizzjonata — Deċiżjoni meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikolu 1(b) u (ċ) — Għajnuna eżistenti — Għajnuna ġdida — Kunċetti — Tibdil ta’ għajnuna eżistenti bi ksur ta’ kundizzjoni li tiżgura l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern)

OJ C 437, 18.12.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-467/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana lill-produtturi tal-ħalib - Skema ta’ għajnuna marbuta mar-rimbors tat-taxxa fuq il-ħalib - Deċiżjoni kundizzjonata - Deċiżjoni meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 1(b) u (ċ) - Għajnuna eżistenti - Għajnuna ġdida - Kunċetti - Tibdil ta’ għajnuna eżistenti bi ksur ta’ kundizzjoni li tiżgura l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern))

(2017/C 437/03)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u P. Němečková, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino u P. Grasso, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-punti 1, 2 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Ġunju 2015, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-527/13, EU:T:2015:429), huma annullati.

2)

Ir-rikors ippreżentat mir-Repubblika Taljana quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-527/13 huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea sostnuti kemm fil-kuntest tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-proċedura ta’ appell.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


Top