Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0339

    Kawża C-339/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra Luc Vanderborght (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Provvista ta’ kura tal-ħalq u tas-snien — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut ir-reklamar fil-qasam tas-servizzi tal-kura tal-ħalq u tas-snien — Eżistenza ta’ element transkonfinali — Ħarsien tas-saħħa pubblika — Proporzjonalità — Direttiva 2000/31/KE — Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Reklamar permezz ta’ sit tal-Internet — Membru ta’ professjoni rregolata — Regoli professjonali — Direttiva 2005/29/KE — Prattika kummerċjali żleali — Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-saħħa — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-professjonijiet irregolati)

    ĠU C 213, 3.7.2017, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 213/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra Luc Vanderborght

    (Kawża C-339/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Provvista ta’ kura tal-ħalq u tas-snien - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut ir-reklamar fil-qasam tas-servizzi tal-kura tal-ħalq u tas-snien - Eżistenza ta’ element transkonfinali - Ħarsien tas-saħħa pubblika - Proporzjonalità - Direttiva 2000/31/KE - Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Reklamar permezz ta’ sit tal-Internet - Membru ta’ professjoni rregolata - Regoli professjonali - Direttiva 2005/29/KE - Prattika kummerċjali żleali - Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-saħħa - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-professjonijiet irregolati))

    (2017/C 213/07)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Luc Vanderborght

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproteġi s-saħħa pubblika u d-dinjità tal-professjoni ta’ dentist, minn naħa, billi tipprekludi b’mod ġenerali u assolut kull reklamar relattiv għal servizzi ta’ kura tal-ħalq u tas-snien u, min-naħa l-oħra, billi tistabbilixxi ċerti rekwiżiti ta’ diskrezzjoni f’dak li jikkonċerna t-tabelli tal-kliniki dentali.

    2)

    Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprekludi b’mod ġenerali u assolut kull reklamar relattiv għal servizzi ta’ kura tal-ħalq u tas-snien, sa fejn din tipprekludi kull forma ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali b’mezz elettroniku, inkluż permezz ta’ website maħluqa minn dentist.

    3)

    L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprekludi b’mod ġenerali u assolut kull reklamar relattiv għal provvista ta’ kura tal-ħalq u tas-snien.


    (1)  ĠU C 311, 21.09.2015.


    Top