EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0180

Kawża C-180/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nacka tingsrätt – Mark- och miljödomstolen – l-Isvezja) – Borealis AB et vs Naturvårdsverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali — Deċiżjoni 2013/448/UE — Artikolu 4 — Anness II — Validità — Determinazzjoni tal-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-metall sħun — Deċiżjoni 2011/278/UE — Anness I — Validità — Artikolu 3(c) — Artikolu 7 — Artikolu 10(1) sa (3) u (8) — Anness IV — Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-konsum u għall-esportazzjoni ta’ sħana — Sħana li titkejjel esportata lejn unitajiet domestiċi privati — Projbizzjoni tal-għadd doppju tal-emissjonijiet u tal-allokazzjoni doppja ta’ kwoti)

OJ C 402, 31.10.2016, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nacka tingsrätt – Mark- och miljödomstolen – l-Isvezja) – Borealis AB et vs Naturvårdsverket

(Kawża C-180/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali - Deċiżjoni 2013/448/UE - Artikolu 4 - Anness II - Validità - Determinazzjoni tal-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-metall sħun - Deċiżjoni 2011/278/UE - Anness I - Validità - Artikolu 3(c) - Artikolu 7 - Artikolu 10(1) sa (3) u (8) - Anness IV - Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-konsum u għall-esportazzjoni ta’ sħana - Sħana li titkejjel esportata lejn unitajiet domestiċi privati - Projbizzjoni tal-għadd doppju tal-emissjonijiet u tal-allokazzjoni doppja ta’ kwoti))

(2016/C 402/09)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Nacka tingsrätt – Mark- och miljödomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Borealis AB, Kubikenborg Aluminium AB, Yara AB, SSAB EMEA AB, Lulekraft AB, Värmevärden i Nynäshamn AB, Cementa AB, Höganäs Sweden AB

Konvenuta: Naturvårdsverket

Dispożittiv

1)

L-eżami tal-ewwel, tat-tieni u tat-tlettax-il domandi ma rrileva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2)

L-eżami tal-ħames domanda ma rrileva l-ebda element tali li jaffettwa l-validità tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278.

3)

L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma invalidi.

4)

L-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 huma limitati ratione temporis b’tali mod, minn naħa, li din id-dikjarazzjoni tipproduċi effett biss fi tmiem perijodu ta’ għaxar xhur mid-data minn meta ngħatat is-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et (C-191/14, C-192/14, C-295/14, C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14, EU:C:2016:311), sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ twettaq l-adozzjoni tal-miżuri neċessarji u, min-naħa l-oħra, li l-miżuri adottati sa dan it-terminu abbażi tad-dispożizzjonijiet invalidi ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati.

5)

L-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, u l-Artikolu 10(1) sa (3) u (8) tad-Deċiżjoni 2011/278 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu, sabiex tiġi evitata allokazzjoni doppja, li ma jiġux allokati kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra lil subinstallazzjoni b’parametru referenzjarju ta’ sħana meta din tesporta, lejn unitajiet domestiċi privati, sħana li hija rkuprat minn subinstallazzjoni b’parametru referenzjarju ta’ kombustibbli.

6)

L-Artikolu 10(8) tad-Deċiżjoni 2011/278 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas jiġu allokati lil operatur għall-konsum, f’subinstallazzjoni b’parametru referenzjarju ta’ sħana, ta’ sħana meħuda inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ subinstallazzjoni b’parametru referenzjarju ta’ kombustibbli.

7)

L-Artikolu 7 u l-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/278 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lil Stat Membru, waqt il-ġabra ta’ data intiża minn dawn id-dispożizzjonijiet, li ma jiħux inkunsiderazzjoni l-emissjonijiet kollha marbuta mal-produzzjoni tas-sħana esportata minn subinstallazzjoni b’parametru referenzjarju ta’ sħana lejn unitajiet domestiċi privati sabiex jiġi evitat għadd doppju.

8)

L-Artikolu 10a(1) u (4) tad-Direttiva 2003/87, kif emendata bid-Direttiva 2009/29, kif ukoll l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2011/278 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu li ma jiġux allokati kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas supplimentari għall-emissjonijiet marbuta mal-produzzjoni ta’ sħana li titkejjel mill-kombustjoni ta’ gassijiet residwi li kienu ġew iġġenerati minn installazzjoni b’parametru referenzjarju ta’ metall sħun, sa fejn il-kwantità ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbilita abbażi tal-parametru referenzjarju ta’ sħana hija inqas mill-valur medjan tal-emissjonijiet storiċi marbuta mal-produzzjoni ta’ din is-sħana.

9)

L-Artikolu 7 u l-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/278 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, matul il-ġbir ta’ data intiża minn dawn id-dispożizzjonijiet, jaġġusta ċ-ċifri miksuba minn dan l-Istat b’tali mod li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li ġejjin mill-kombustjoni ta’ gassijiet residwi minn subinstallazzjoni b’parametru referenzjarju ta’ sħana jkunu ekwivalenti għal dawk li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ gass naturali sa fejn parametru referenzjarju ta’ prodott jieħu inkunsiderazzjoni emissjonijiet marbuta mal-produzzjoni ta’ gassijiet residwi.

10)

L-Artikolu 3(c) tad-Deċiżjoni 2011/278 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana” jinkludi l-attività ta’ esportazzjoni ta’ sħana li titkejjel, li tkun ġejja minn installazzjoni suġġetta għall-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għal netwerk ta’ fwar meta dan tal-aħħar jista’ jiġi kklassifikat bħala “installazzjoni jew entità oħra mhux koperta mill-iskema tal-Unjoni”.


(1)  ĠU C 205, 22.6.2015.


Top